Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Skema ġdida li tgħin lill-NGOs u lill-għaqdiet volontarji jwettqu proġetti innovattivi għall-ġid tal-komunità

pr230494
Date Icon 05/04/2023

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, nieda l-Community Development and Innovation Scheme biex jippromwovi l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-komunità qalb l-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Din l-iskema għandha l-għan li tgħin finanzjarjament għaqdiet mhux governattivi u għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti innovattivi fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti ddeskriva din l-iskema bħala waħda importanti li kapaċi turi l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-komunità, mhux biss fuq livell nazzjonali iżda wkoll fuq livell rurali permezz ta’ NGOs u ta’ għaqdiet volontarji li huma essenzjali biex bil-ħidma tagħhom jinħoloq aktar ġid fil-komunità. Huwa qal, “Il-gvern għandu l-għan li jqarreb aktar ir-riċerka fil-komunitajiet tagħna u jippromwovi l-importanza tar-riċerka fil-komunità, filwaqt li juri lis-soċjetà kif dawn il-proġetti jistgħu jħallu impatt pożittiv fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum b’soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja.”

Iċ-Chairperson tal-Bord Community Development and Innovation Scheme, Antonella Gatt, qalet li din l-iskema se tkompli ssaħħaħ l-iżvilupp fi ħdan il-komunità grazzi għall-għajnuna u għall-inċentivi finanzjarji mogħtija lill-NGOs u lill-għaqdiet volontarji biex ikomplu jaħdmu u jinvestu fil-qasam tal-innovazzjoni.

Il-fondi allokati għal din l-iskema fl-2023 huma ta’ €150,000. Kull għaqda tista’ tgawdi minn massimu ta’ €8,000 għal kull proġett. Il-proposti għandhom jinkludu proġetti innovattivi li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-komunità. Dawk il-proposti magħmula fuq is-suġġetti tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM) jingħataw preferenza.

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jiġu evalwati minn bord ta’ evalwaturi skont il-linji gwida ppubblikati. Il-linji gwida tal-applikazzjoni għal din l-iskema jistgħu jinkisbu mis-sit tal-ministeru, education.gov.mt. Kull applikazzjoni għandha tintbagħat b’email fuq innovationscheme.meyr@gov.mt sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Mejju 2023 f’12pm.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jibgħat email fuq innovationscheme.meyr@gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Skema ġdida li tgħin lill-NGOs u lill-għaqdiet volontarji jwettqu proġetti innovattivi għall-ġid tal-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Skema ġdida li tgħin lill-NGOs u lill-għaqdiet volontarji jwettqu proġetti innovattivi għall-ġid tal-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Skema ġdida li tgħin lill-NGOs u lill-għaqdiet volontarji jwettqu proġetti innovattivi għall-ġid tal-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow