Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz soċjali msaħħaħ f’Dar Tereża Spinelli

PR230487
Date Icon 04/04/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda l-ftehim soċjali li kellu ma' Dar Tereża Spinelli, li hija mmexxija mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem. Din ir-residenza tospita sa massimu ta' 15-il persuna, li fiha jistgħu jgħixu għal perjodu ta' żmien filwaqt li jingħataw servizzi ta' saħħa inkluż dawk psikoloġiċi, kif ukoll assistenza soċjo-legali, fost oħrajn.

Għal dan il-ftehim, ġew allokati €645,000 fuq medda ta' tliet snin sabiex jingħata servizz soċjali b'saħħtu li jindirizza l-bżonnijiet ta' dawn in-nisa. Dan ifisser żieda ta' 12% fl-allokazzjoni finanzjarja meta mqabbel mal-ftehim preċedenti.

“Dawn il-ftehimiet huma xhieda ċara ta' kemm dan il-gvern jemmen fil-potenzjal ta' kulħadd. Ma nistennewx sakemm dik il-persuna vulnerabbli tasal fi stat ta' periklu għal ħajjitha, iżda nintervjenu sabiex nipprevjenu l-konsegwenzi li jistgħu jiġu kkawżati. Aktar minn hekk irridu nkomplu mmexxu 'l quddiem kampanji ta' edukazzjoni minn etajiet żgħar, li jippromwovu indipendenza, għarfien finanzjarju u ħajja 'l bogħod mill-vizzji, li ħafna drabi jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' dan it-tip," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Fr Elmar Pace mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, qal li dan il-ftehim ifakkar mument importanti għall-Fondazzjoni. Semma kif permezz ta' dan il-finanzjament Dar Tereża Spinelli se tkompli tgħin aktar nisa bit-tfal li jsibu ruħhom f'sitwazzjoni diffiċli.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti qal illi dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn Fondazzjoni Suret il-Bniedem u l-FSWS.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz soċjali msaħħaħ f’Dar Tereża Spinelli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow