Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta taqsam l-esperjenzi tagħha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mal-Iżvizzera

PR230486
Date Icon 04/04/2023

Matul laqgħa uffiċjali fl-Iżvizzera, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qasam l-esperjenzi li kiseb pajjiżna matul il-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda fi Frar li għadda flimkien mal-Iżvizzera. L-Iżvizzera huwa l-unika pajjiż mill-kontinent Ewropew, apparti Malta, li ġie elett f'dan il-Kunsill għal matul it-terminu 2023-2024. Il-Ministru Borg, matul laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera Ignazio Cassis sostna kif Malta trid li tibqa' tkun sieħeb onest favur il-paċi u s-sigurtà.

Fid-dawl li f'Mejju li ġej l-Iżvizzera tieħu l-Presidenza tal-Kunsill, id-diskussjoni kienet waħda sabiex jibqa' jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Tul din il-laqgħa l-Iżvizzera wkoll ippreżentat il-prijoritajiet tagħha għal dan it-terminu.

Waqt il-laqgħa bilaterali ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. “Wara li ksibna aktar minn €3.5miljun f'fondi mill-Iżvizzera lejn tmiem is-sena li għaddiet biex insaħħu s-settur tas-saħħa, illum qed inħarsu li nkomplu nkabbru l-potenzjal turistiku qawwi li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi," saħaq il-Ministru Ian Borg.  Huwa kompli jgħid kif Malta hija magħrufa ferm fl-Iżvizzera bħala waħda mill-aqwa destinazzjonijiet għat-tagħlim tal-lingwa Ingliża u b'hekk din il-kollaborazzjoni għandha tkompli tissaħħaħ.

Iż-żewġ ministri ddiskutew ukoll il-Fondazzjoni Diplo, li hija NGO konġunta bejn iż-żewġ pajjiżi li taħdem fuq politika għal stati żgħar u dawk li qed jiżviluppaw. Kemm Malta u anke l-Iżvizzera komplew juru l-impenn tagħhom sabiex din tkompli tissaħħaħ u tkun strumentali fit-tfassil tal-politika barranija.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera Ignazio Cassis faħħar lil pajjiżna għal kif mexxiet il-Presidenza tagħha fi Frar li għadda u jħares 'il quddiem li bħala pajjiż ikomplu jaħdmu fuq it-tajjeb li sar matul ix-xahar li ġej. Huwa sostna kif l-Iżvizzera se tiffoka fuq is-suġġett ta' paċi sostenibbli u li bħal Malta, l-Iżvizzera huwa pajjiż newtrali.

Ġew diskussi wkoll is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ir-rwol tan-nisa għall-paċi u s-sigurtà, it-tibdil fil-klima, l-immigrazzjoni u r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta taqsam l-esperjenzi tagħha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mal-Iżvizzera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta taqsam l-esperjenzi tagħha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mal-Iżvizzera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta taqsam l-esperjenzi tagħha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mal-Iżvizzera
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow