STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr230479
03/04/2023
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq it-30 ta' April, 1941, Triq it-30 ta' April, 1941, Sqaq Nru. 1,
Triq it-30 ta' April, 1941, Sqaq Nru. 2, Triq Tad-Dawl u Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Marzu, 2023, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Pubblikazzjonijiet'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-28 ta' Marzu, 2023.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en