Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Rikonoxximent lil adoloxxenti li wrew progress fil-ġlieda tagħhom kontra d-droga

pr230477
Date Icon 01/04/2023

Erba’ adoloxxenti ngħataw rikonoxximent għall-progress tagħhom biex jegħlbu d-dipendenza fuq id-droga u għall-akkwist ta’ ħiliet ġodda, f’ċerimonja apposta li nżammet fiċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar. Dan filwaqt li tfajla minnhom irnexxielha twettaq b’suċċess il-fażi residenzjali tal-programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga offrut minn dan iċ-ċentru. 

Din kienet is-sitt edizzjoni ta’ dan l-avveniment fejn ingħata rikonoxximent fil-preżenza tal-adoloxxenti nfushom u tal-familjari tagħhom, kif ukoll tal-Ministru Michael Falzon u tat-tmexxija ta’ Caritas Malta, fost oħrajn.

Dan il-programm huwa mifrux fuq sena jew aktar, skont l-esiġenzi tal-individwu, u huwa mmexxi minn tim ta’ professjonisti li jassistu 24 siegħa kuljum lil dawk li jagħżlu jirriformaw ħajjithom.

It-tim ta’ professjonisti taċ-Ċentru Terapewtiku tal-Adoloxxenti Tal-Ibwar beda jintervjeni ma’ żgħażagħ minn Mejju tal-2021. Dan iċ-ċentru jipprovdi servizz residenzjali, learning hub b’tagħlim applikat, servizzi psikosoċjali għall-adoloxxenti u l-familji tagħhom, u servizz komunitarju. Minn mindu fetaħ, ħadem ma’ 73 adoloxxent u l-familji tagħhom. Barra s-servizzi offruti fil-komunità lil dawn l-adoloxxenti, 20 adoloxxent ibbenefikaw minn servizz intensiv residenzjali.

Dan iċ-ċentru huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f’Malta, u sar b’investiment mill-Gvern ta’ €4 miljun u b’nefqa rikorrenti ta’ miljun ewro għal kull sena. Dan il-finanzjament jassigura li jingħataw ir-riżorsi kollha edukattivi, li jsaħħu l-iżvilupp soċjali, l-imġieba u fuq kollox il-benesseri tal-adoloxxenti.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon enfasizza l-impenn tal-Gvern sabiex jara li ħadd ma’ jaqa’ lura speċjalment dawk l-aktar persuni vulnerabbli. “Kommessi li nkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dan il-programm huwa eżempju ħaj ta’ ħidma kontinwa mmirata sabiex timmassimizza l-potenzjal ta’ kull individwu bil-pass tiegħu. Dan il-Gvern se jkompli jinvesti fil-qasam tal-vizzji għax nemmnu f’soċjetà aktar b’saħħitha, mibnija fuq ħajja ’l bogħod mill-użu ta’ sustanzi”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt irringrazzja lill-Gvern għall-kollaborazzjoni kontinwa u l-finanzjament sabiex jopera dan is-servizz. “Il-Caritas tibqa’ impenjata sabiex tara li adoloxxenti li jaqgħu f’din ix-xibka, isibu ruħhom akkumpanjati u assistiti biex jiġu fuq saqajhom u jsibu triqthom”, stqarr id-direttur tal-Caritas.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Rikonoxximent lil adoloxxenti li wrew progress fil-ġlieda tagħhom kontra d-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Rikonoxximent lil adoloxxenti li wrew progress fil-ġlieda tagħhom kontra d-droga
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow