Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Wasal iż-żmien biex nassiguraw li l-prezzijiet tal-enerġija ma jibqgħux dipendenti fuq il-prezzijiet tal-gass – Il-Ministru Miriam Dalli

pr230469
Date Icon 29/03/2023

Matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija Ewropej, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli saħqet fuq il-pożizzjoni ta' Malta li l-prezzijiet tal-elettriku ma jibqgħux marbuta ma' dawk tal-gass. Bħalissa, il-prezzijiet tal-elettriku huma stabbiliti minn suq li l-prezzijiet tiegħu jingħalqu siegħa b'siegħa, li normalment jiġi determinat mill-elettriku ġġenerat mill-impjanti tal-gass, u għalhekk il-prezzijiet tal-gass.

Fil-Kunsill tal-Enerġija, ġew diskussi proposti ġodda mill-Kumissjoni Ewropea għal tfassil ġdid tas-suq tal-elettriku, gass u l-idroġenu u d-domanda tal-gass.

Dwar il-proposta għal tfassil ġdid tas-suq tal-elettriku, il-Ministru Dalli insistiet fuq il-bżonn ta' din ir-riforma hekk kif Stati bħal Malta jiffaċċjaw prezzijiet għolja tal-elettriku minħabba l-mod ta' kif jopera s-suq Ewropew. Grazzi għall-miżuri implimentati mill-Gvern Malti, il-konsumaturi Maltin huwa protetti minn din il-bidla eżorbitanti fil-prezzijiet.

Il-Ministru Dalli saħqet fuq l-importanza ta' reviżjoni li tassigura prezzijiet stabbli u li tiggarantixxi sigurtà tal-provvista fit-tul – fejn jibbenefikaw minnhom konsumaturi Ewropej, inkluż dawk l-Istati Membri, bħal Malta, li huma dipendenti fuq swieq ta' pajjiżi oħra.

Id-diskussjonijiet fuq it-tfassil tas-suq tal-elettriku huma mistennija li jkomplu fil-ġimghat u x-xhur li ġejjin.

Sadanittant, il-Ministri tal-Enerġija qablu li jestendu għal sena oħra r-regolamenti fuq it-tnaqqis tal-użu tal-gass. Din se twassal għat-tnaqqis fid-dipendenza tal-UE fuq il-gass Russu u preparazzjoni għall-istaġun xitwi li jmiss. Malta kienet innegozjat b'suċċess deroga minn proposta tal-Kummissjoni Ewropea li kienet imponiet tnaqqis fid-domanda bi 15%. Din id-deroga kienet bżonnjuża minħabba li Malta hija dipendenti ħafna fuq l-elettriku, u kull tnaqqis mandatorju kien ikollu impatt negattiv  fuq il-familji u n-negozji. Anke fl-estensjoni ta' dan ir-regolament, Malta innegozjat biex iżżomm id-deroga.

Il-ministri Ewropej tal-enerġija laħqu l-pożizzjoni tagħhom fuq pakkett tal-gass u l-idroġenu.  Dawn il-proposti għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-dħul ta' sistemi t'enerġija rinnovabbli u gass, li jwasslu għal qabża mill-gass naturali għall-gassijiet ġodda li għandhom rwol importanti biex jintlahqu l-miri tal-UE għan-newtralità l-klima sal-2050.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Wasal iż-żmien biex nassiguraw li l-prezzijiet tal-enerġija ma jibqgħux dipendenti fuq il-prezzijiet tal-gass – Il-Ministru Miriam Dalli
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Wasal iż-żmien biex nassiguraw li l-prezzijiet tal-enerġija ma jibqgħux dipendenti fuq il-prezzijiet tal-gass – Il-Ministru Miriam Dalli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow