Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Opportunitajiet ta' xogħol għas-sajf 2023 għall-istudenti

pr230468
Date Icon 29/03/2023

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħabbar li l-istudenti full-time li temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja (Form V/11 il-sena), u dawk li qed jistudjaw f'livell post-sekondarju, vokazzjonali jew terzjarju, inkluż dawk li huma fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom, li l-applikazzjoni għax-Xogħol għas-Sajf għall-Istudenti 2023 se tkun miftuħa minn nhar il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2023 f'nofsinhar u tagħlaq nhar il-Ġimgħa, 28 ta' April 2023.

Dawk l-istudenti li huma interessati għandhom japplikaw online fuq https://edurecruitment.gov.mt/ u jtellgħu l-iscans taż-żewġ naħat tal-Karta tal-Identità tagħhom flimkien mad-dokumenti kollha mitluba fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

L-istudenti eliġibbli se jkunu mitluba jagħmlu test online għal fini ta' klassifikazzjoni.

L-istudenti se jkunu mitluba jagħżlu l-preferenza tal-qasam li jixtiequ jaħdmu fih.

Studenti li se jagħżlu li jaħdmu bħala Playworkers u li se jkunu parti mit-team ta' SkolaSajf mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi se jaħdmu ż-żewġ fażijiet fuq firxa ta' tmien (8) ġimgħat bejn il-11 ta' Lulju u s-7 ta' Settembru 2023 b'waqfa ta' ġimgħa (shutdown) matul il-ġimgħa ta' Santa Marija.

Studenti li se jagħżlu li jaħdmu fl-oqsma l-oħra se jaħdmu fażi waħda ta' erba' ġimgħat.

Għalhekk l-istudenti huma mitluba li japplikaw għal Fażi 1 jew Fażi 2 billi jissottomettu applikazzjoni separata għal kull fażi. L-istudenti xorta jistgħu japplikaw għaż-żewġ fażijiet billi dan jiddependi mill-ammont ta' postijiet offruti minn min iħaddem fis-servizz/settur pubbliku.

Id-dati ta' kull fażi huma:

Fażi 1: 10 ta' Lulju 2023 – 4 ta' Awwissu 2023

Fażi 2: 16 ta' Awwissu 2023 – 12 ta' Settembru 2023

L-istudenti se jkunu allokati f'ministeri u f'dipartimenti fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet pubbliċi.

Studenti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea għandhom jiċċekkjaw jekk għadhomx bżonn ta' permess tax-xogħol biex jaħdmu f'Malta. Dawn l-istudenti għandhom itellgħu kopja tal-permess tax-xogħol mal-applikazzjoni tagħhom.

Studenti full-time li qegħdin jistudjaw f'livell post-sekondarju, vokazzjonali jew terzjarju, u li mhumiex eliġibbli għall-istipendji, għandhom itellgħu dokumenti bħala prova li qegħdin jistudjaw. Dan jinkludi kopja scanned tal-Ittra ta' Aċċettazzjoni jew Ittra ta' Reġistrazzjoni għas-sena akkademika 2022-2023, u kopji riċenti tal-Lista tal-Impjiegi maħruġa minn Jobsplus.

L-istudenti li se jiġu ngaġġati għall-perjodu tas-sajf se jirċievu salarju ta' €7.27 fis-siegħa li huwa s-salarju bażiku ta' skala 16 tas-servizz pubbliku. L-istudenti huma intitolati wkoll għal leave u sick leave fuq bażi pro rata, kif ukoll għal bonus u l-income supplement.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow