Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Investiment favur il-komunitajiet tagħna

pr230467
Date Icon 29/03/2023

Se jiġi restawrat iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola, fis-Siġġiewi

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi attenda għall-iffirmar ta' Ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi sabiex isir xogħol ta' restawr fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola, fis-Siġġiewi.

“Dan il-proġett, li se jiġi jiswa madwar €1 miljun, huwa proġett ieħor minn kullana ta' proġetti li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq f'diversi lokalitajiet sabiex, b'kollaborazzjoni mal-parroċċi u l-Kunsilli Lokali, inkomplu nippreservaw il-wirt kulturali tal-lokalitajiet tagħna," spjega l-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Il-pjazza tas-Siġġiewi fl-aħħar snin kisbet popolarità bl-attivitajiet li jiġu organizzati f'avvenimenti kulturali u reliġjużi, b'mod partikolari matul il-Ġimgħa Mqaddsa. Għaldaqstant, dan il-proġett se jitgawda mhux biss mil-komunità tas-Siġġiewi iżda mill-ħafna Maltin u turisti li jżuru dan ir-raħal Malti.

Ix-xogħol ta' restawr li se jkun ikkordinat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jibda billi jinqala l-madum tas-siment eżistenti u jitneħħa l-materjal ta' taħt il-madum, titqiegħed ukoll sodda tal-konkos bil-bini ta' pedamenti tal-konkos u tal-ġebel tal-franka taħt it-turġien u t-tqegħid ta' pavimentar ġdid bil-ġebla Pietra di Modica. Finalment, se jkunu qed isiru wkoll żewġ pedestalli biex jintużaw għad-dawl ornamentali bil-materjal tal-istess ġebla.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega wkoll kif ix-xogħol tat-tqattigħ tal-ġebla l-ġdida mhux se jkun qed isir fuq il-post iżda fil-workshop tal-kuntrattur. Dan sabiex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli fil-pjazza mingħajr ma tinħoloq problema ta' aċċess għall-knisja. Għal dan l-iskop, anke t-tqegħid tal-pavimentar il-ġdid se jkun qed isir f'fażijiet diversi.

Għall-iffirmar tal-ftehim kien hemm preżenti wkoll l-Arċipriet Fr Joe Mifsud, is-Segretarju Permanenti u uffiċjali għolja mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kurja u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Investiment favur il-komunitajiet tagħna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Investiment favur il-komunitajiet tagħna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow