Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr230466
Date Icon 29/03/2023

“Fl-opri artistiċi tagħkom wieħed jilmaħ simboli ta' sofferenza umana u l-karba għal paċi, għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, għal ġustizzja u biex il-bniedem jgħix b'dinjità. Għaddew bosta snin minn tmiem l-aħħar gwerra dinija, iżda sfortunatament, il-bniedem baqa' egoist.  It-tama hija fikom tfal, li tagħrfu aktar it-tajjeb mil-ħażen u timxu u tippersistu fuq it-tajjeb, ħalli intom u aħna ngħixu ħajja sabiħa u tajba.  Ilkoll flimkien jeħtieġ nipperswadu lil ħaddieħor jagħżel is-sliem, il-paċi u l-imħabba ta' aħwa, fostna l-bnedmin" – hekk temm id-diskors tiegħu  l-Ispeaker Anġlu Farrugia, meta inawgura wirja artistika mtella' mill-istudenti tal-Kulleġġ Sant Injazju fil-Parlament ta' Malta bit-tema “Il-governanza ambjentali u soċjali għal żvilupp sostenibbli."

F'diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker saħaq fuq l-importanza ta' demokrazija parteċipattiva.  Hu qal li għal dan il-għan, mill-2015 'l hawn, fil-Parlament qed jinżammu għadd ta' attivitajiet informali bħal konferenzi, diskussjonijiet, wirjiet tal-arti u oħrajn flimkien mas-soċjetà ċivili, għaqdiet nazzjonali, l-iskejjel, flimkien mal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi, biex permezz ta' parteċipazzjoni attiva u oġġettiva lkoll nagħrfu l-isfidi u l-problemi bil-għan li tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet konċernati ħalli l-qagħda tal-poplu Malti u Għawdxi dejjem titjieb.

L-Ispeaker semma r-rilevanza ta' pajjiżna minkejja ċ-ċokon tal-gżejjer Maltin fil-qasam internazzjonali.  Hu qal li tul is-snin, Malta tat u għadda tagħti s-sehem attiv tagħha u saħansitra kienet protagonista fit-tnedija tal-prinċipju dwar il-wirt komuni tal-umanit li fuq dan il-prinċipju tfasslu għadd ta' Tratti Internazzjonali, fost dawn, il-Liġi Internazzjonali dwar il-Baħar fl-1982 u t-Trattat tal-1967 dwar Prinċipji li jirregolaw Attivitajiet ta' l-Istati fl-Esplorazzjoni u fl-Użu tal-Ispazju, fosthom tal-Qamar u Korpi Ċelesti oħra.  Semma wkoll l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-Konferenza dwar il-Ħarsien tal-Ambjent minn Effetti Negattivi b'riżultat tat-Tibdil fil-Klima.  Hu fakkar fil-ħidma ta' Malta dwar ir-rilevanza bejn is-sigurtà tal-Ewropa ma' dik fil-Mediterran.

Dawk preżenti kienu ndirizzati wkoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni mill-Justin Schembri.

Il-pubbliku ġenerali hu mistieden iżur din il-wirja fil-bini tal-Parlament ta' Malta mill-Erbgħa, 29 ta' Marzu 2023 sal-Erbgħa, 12 ta' April 2023.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow