Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Konsultazzjoni pubblika għat-tfassil ta' politika aġġornata dwar id-droga

pr230460
Date Icon 28/03/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon nieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-politika tad-droga, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-politika tal-Gvern f'dan il-qasam u li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum.

Din il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuħa fuq perjodu ta' ħames ġimgħat, fejn il-pubbliku, persuni li għandhom jew kellhom problema ta' droga, kif ukoll professjonisti li jaħdmu f'dan is-settur għandhom il-faċilità sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

Dan id-dokument ta' konsultazzjoni jinkludi fih numru t'azzjonijiet proposti li jistgħu jgħinu sabiex inaqqsu l-provvista u d-domanda għad-droga filwaqt li jissaħħaħ il-qafas legali. Hemm inkluż ukoll proposta sabiex isiru testijiet fuq sewwieqa biex jiċċekkjaw jekk ikunux taħt l-effett tad-droga.

“Għandna sitwazzjoni fejn aktar persuni qed ifittxu d-droga, f'postijiet varji. Għaldaqstant, dan hu pass kuraġġuż fid-dawl ta' żviluppi li saru fit-tip u l-kwalità tad-droga disponibbli fis-suq. Aktar minn hekk għall-fatt li din il-politika ilha ma tiġi aġġornata għal ħafna snin," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Din il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuħa sad-29 ta' April 2023, u s-suġġerimenti jistgħu jintbagħtu fuq consultations.family@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Konsultazzjoni pubblika għat-tfassil ta' politika aġġornata dwar id-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Konsultazzjoni pubblika għat-tfassil ta' politika aġġornata dwar id-droga
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow