Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jintlaħaq ftehim biex jiġi assigurat li kull ċittadin Malti u Għawdxi jkollu aċċess bażiku għat-televiżjoni mingħajr ħlas

pr230456
Date Icon 27/03/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie ffirmat ftehim bejn il-PBS Ltd u l-kumpanija GO plc sabiex is-servizz ta' trasmissjoni bl-aerial ikun sostnut u jiġi estiż u b'hekk jiġi assigurat li l-familji Maltin u Għawdxin jibqgħu igawdu dan id-dritt.

Bis-saħħa ta' dan il-ftehim il-kumpanija GO plc se tkompli tipprovdi l-infrastruttura teknika għal dan is-servizz għall-10 snin li ġejjin, b'investiment ta' €1.5 miljun.

Dan il-ftehim isegwi kampanja ta' riċerka li saret sabiex jiġi stabbilit l-użu kurrenti tas-servizz tradizzjonali tal-aerial minn diversi familji u individwi, sabiex eventwalment inħoloq pjan fit-tul għas-snin li ġejjin, li qed jitwettaq permezz ta' dan il-ftehim.

B'kollox kienu ftit iktar minn 4,000 familja li matul il-proċess ta' riċerka ddikjaraw li jagħmlu użu mis-servizz tal-aerial biex jaraw l-istazzjonijiet free-to-air, b'iktar minn nofshom jiddikjaraw li jagħmlu użu mill-aerial flimkien ma' servizzi oħra.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-servizz free-to-air huwa importanti għax jibqa' jipprovdi aċċess għal aħbarijiet, informazzjoni, programmi u divertiment tal-istazzjonijiet Maltin li jxandru free-to-air għal dawk l-individwi li ma għandhomx servizz ieħor.

Il-Ministru Bonnici stqarr li l-gvern jemmen li għandu jsostni dan is-servizz pubbliku li joffri garanzija ta' aċċess universali għal kulħadd mingħajr esklużjoni u b'diversità ta' programmazzjoni ta' stazzjonijiet lokali.

Il-kumpanija PBS Ltd baqgħet tiġi identifikata bħala l-operatur għal dan is-servizz ta' free-to-air fuq UHF Channel 43 u t-total huwa ta' tmien stazzjonijiet lokali. Fl-aħħar ġimgħat saru xi tħejjijiet u kien hemm tibdil u tisħiħ fin-network eżistenti biex jassiguraw is-sostenibbiltà tas-servizz għas-snin li ġejjin mingħajr interruzzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jintlaħaq ftehim biex jiġi assigurat li kull ċittadin Malti u Għawdxi jkollu aċċess bażiku għat-televiżjoni mingħajr ħlas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jintlaħaq ftehim biex jiġi assigurat li kull ċittadin Malti u Għawdxi jkollu aċċess bażiku għat-televiżjoni mingħajr ħlas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jintlaħaq ftehim biex jiġi assigurat li kull ċittadin Malti u Għawdxi jkollu aċċess bażiku għat-televiżjoni mingħajr ħlas
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow