Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Tibda topera faċilità ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart fil-Kumpless ECOHIVE

pr230454
Date Icon 27/03/2023

Jieqaf jidħol l-iskart tal-boroż griżi u ħodor fl-impjant ta' Sant'Antnin f'Marsaskala

Faċilità ġdida għall-irkupru tal-materjal riċiklabbli fil-Kumpless ECOHIVE bdiet tipproċessa skart riċiklabbli, biex b'hekk il-proċess mexa minn Marsaskala għall-Magħtab. Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija, u l-Intrapriża Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett żaru din il-faċilità l-ġdida.

Il-faċilità se tkun qed tipproċessa mal-40,000 tunnellata ta' skart riċiklabbli fis-sena u se tkun qed tissepara tipi differenti ta' metall, kartun u plastik b'mod awtomatizzat sabiex ikun jista' jiġi ritornat fis-suq bħala parti mill-ekonomija ċirkulari. Dan se jkun qed jikkontribwixxi wkoll sabiex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ li għandu pajjiżna.

Dan l-investiment ta' €4 miljun jfisser ukoll li l-Gvern jinsab pass eqreb biex iwettaq il-wegħda tiegħu mar-residenti ta' Marsaskala, fejn se tkun qed tingħata lura lill-pubbliku medda ta' art bħala spazju miftuħ.

Il-Ministru Dalli qalet li permezz ta' dan l-investiment se tkun qed tiżdied kemm l-effiċjenza b'mod sinifikanti kif ukoll il-kwalità tal-materjal magħżul. Dan kollu se jgħin sabiex inkomplu nimxu lejn ekonomija ċirkolari u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi.

“Din il-faċilità ġdida se tippermetti li jieqaf għal kollox l-ipproċessar tal-boroż griżi u ħodor minn ġewwa Marsaskala biex art f'Marsaskala tinbidel fi spazju aħdar biex jitgawda mill-pubbliku," temmet tgħid il-Ministru Dalli.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li l-investiment fuq din il-faċilità huwa ta' €4 miljun, li minnhom madwar €1.45 miljun huma fondi Ewropej mill-Fond ta' Koeżjoni.

“Sodisfatt li WasteServ setgħet twettaq dan il-proġett bis-saħħa tal-fondi Ewropej. Investiment li jkompli juri l-impenn ta' dan il-Gvern fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart f'pajjiżna u se jgħin biex nsaħħu l-ekonomija ċirkolari li tkompli tagħti aktar prijorità lis-settur ambjentali," qal is-Segretarju Parlamentari Bonett.

Il-Kap responsabbli mill-Ekonomija Ċirkulari ta' WasteServ Daniel Tabone spjega kif bħalissa għaddejin l-aħħar xogħlijiet sabiex tinfetaħ faċilità ġdida oħra ġewwa Ħal Far li se tkun qed taċċetta materjal goff bħal saqqijiet, tyres u injam sabiex ikun jista' jiġi massimizzat il-valur ta' din it-tip ta' riżorsa. Huwa spjega wkoll kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi approvat il-pjan għad-dekummissjonar tal-faċilità tal-WasteServ f'Marsaskala.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Tibda topera faċilità ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart fil-Kumpless ECOHIVE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Tibda topera faċilità ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart fil-Kumpless ECOHIVE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Tibda topera faċilità ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart fil-Kumpless ECOHIVE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Tibda topera faċilità ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart fil-Kumpless ECOHIVE
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow