Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċilità għall-ġinnastika

pr230451
Date Icon 25/03/2023

Il-Kumpless Sportiv tal-Marsa qed jiġi trasformat f'hub sportiv tal-aqwa livell

Il-proġett tal-faċilitajiet għall-ġinnastika fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa miexi b'ritmu mgħaġġel u kif jitlesta se jkun ieħor mix-xogħol intensiv li qed isir f'dan il-Kumpless, biex ikun trasformat f'hub sportiv mill-aqwa.

“Hija parti mill-viżjoni tagħna li nagħmlu minn dan il-Kumpless hub sportiv, li jiġbor fih faċilitajiet għal diversi dixxiplini sportivi u tal-aqwa livell," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt żjara tax-xogħol li qed isir. Huwa kompla jgħid li, “Din hija viżjoni li qed inwettquha u li permezz tagħha qed nimmiraw li pajjiżna jkollu faċilitajiet sportivi ta' standards internazzjonali li jservu ta' sisien għall-industrija tal-isport li tattira wkoll investiment lejn pajjiżna."

Dan huwa proġett ieħor minn lista ta' proġetti ta' infrastruttura sportiva li qed isiru madwar il-gżejjer, f'faċilitajiet ta' ġinnastika li mhux biss jinkludu sala għal din id-dixxiplina sportiva, imma kumpless li se jkollu wkoll postijiet addattati biex assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi jkollhom uffiċini fejn jiltaqgħu u jammistraw il-ħidma tagħhom. Il-Kumpless se jkollu sala li tesa' madwar 300 spettatur, faċilità għall-ġinnastika artistika; u faċilitajiet anċillari fosthom board room, changing rooms u showers.

Kemm dan il-proġett, b'investiment ta' €5 miljun, u wkoll oħrajn li qed isiru madwar il-pajjiż bħalissa huma parti minn viżjoni ambizzjuża li qed titwettaq, dik li jkompli jsir investiment f'faċilitajiet sportivi aċċessibbli għal kulħadd u li permezz tagħhom igawdi kull min b'xi mod jew ieħor jipprattika xi attività fiżika, minn persuni li jagħmlu taħriġ bażiku għall-atleti professjonali li l-isport huwa l-passjoni u l-karriera tagħhom.

Ftit tal-ġimgħat ilu kien inawgurat proġett ieħor fil-Kumpless tal-Marsa, l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b'investiment ta' €2.5 miljun, proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord u huwa parti minn investiment ta' €9 miljun li permezz tiegħu qed jinbidel il-Kumpless Sportiv tal-Marsa għal wieħed tal-ogħla livell.

L-investiment li qed isir huwa kruċjali biex pajjiżna jitla' t-tarġa li jmiss fl-isport.

Huwa l-għan tal-gvern li jkompli jwettaq flimkien mal-partijiet kollha fis-settur biex anki dan s-settur sportiv ikun wieħed li joffri kull opportunità possibbli għall-atleti u sportivi biex huma wkoll jilħqu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċilità għall-ġinnastika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċilità għall-ġinnastika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċilità għall-ġinnastika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow