Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Ir-riċerka u l-innovazzjoni bi rwol importanti fil-kura u fis-saħħa

pr230449
Date Icon 24/03/2023

Il Kunsill Malti għax Xjenza u t Teknoloġija (l MCST) flimkien mal entitajiet parteċipi fil partnership Transforming Health and Care Systems (THCS), nedew l ewwel sejħa kollaborattiva għal entitajiet lokali kemm mis settur privat kif ukoll minn dak pubbliku sabiex jikkollaboraw ma’ entitajiet internazzjonali fuq proposti ta’ riċerka.  

Dan il fond konġunt bit titlu ‘Healthcare of the Future’ għandu baġit ta’ €500,000 fis sena.

L MCST hija waħda minn 63 entità minn 26 pajjiż li qed jipparteċipaw fil Partnership fuq it Trasformazzjoni tas Sistemi ta’ Saħħa u Kura taħt il Programm Horizon Europe. 

Is sistemi ta’ saħħa u kura fl Ewropa qed jiffaċċjaw sfidi komuni li jirrikjedu soluzzjonijiet koordinati. THCS tirrappreżenta opportunità strateġika u unika fejn entitajiet u partijiet differenti interessati jingħaqdu, joħolqu sinerġija, jikkordinaw ir riċerka u l innovazzjoni, jiffaċilitaw id diġitalizzazzjoni tas servizzi ta’ saħħa u kura, u jissapportjaw it trasformazzjoni tas sistemi ta’ saħħa u kura permezz ta’ soluzzjonijiet innovattivi mimlija b’għarfien u b’evidenza. 

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-laqgħa ta’ informazzjoni mar-riċerkaturi u mal-membri konċernati u qal, “Aħna kburin li Malta hija waħda mill-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programm THCS. Malta qiegħda tinvesti bil-kbir f’dan il-programm, tant li allokat €3.5 miljun ta’ fondi nazzjonali fuq medda ta’ seba’ snin.” 

Huwa spjega li programmi bħal dawn se jippromwovu l-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa għall-benefiċċju taċ-ċittadini. “Importanti ferm li bħala pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ningħaqdu flimkien f’diversi oqsma sabiex nużaw ir-riżorsi li għandna b’mod kollettiv fir-riċerka u l-innovazzjoni,” temm jgħid is-segretarju parlamentari. 

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Tonio Porthughese, qal, “L-għan ta’ din is-sħubija huwa li tgħin biex tinżamm u titjieb is-saħħa tal-poplu. Dan billi tgħin fit-trasformazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura f’sistemi ta’ kwalità għolja, aċċessibbli, sostenibbli, reżiljenti u sistemi ta’ saħħa u kura inklussivi għal kulħadd.” 

Huwa żied jgħid li l-MCST hija kburija bl-involviment attiv tagħha f’din l-isħubija, filwaqt li tiżgura li l-fondi lokali qed jerġgħu jiġu allokati għall-oqsma identifikati fl-istrateġija tal-Ismart Specialisation għall-perjodu 2021 – 2027, partikularment dawk li jindirizzaw it-temi ta’ prijorità – is-Saħħa u l-Benesseri, u Teknoloġiji tal-Futur Diġitali.

Iktar informazzjoni fuq din is-sħubija tinsab fuq il-website tal MCST u l-website tat THCS Partnership. Informazzjoni dwar din is sejħa konġunta tinsab hawnhekk. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Ir-riċerka u l-innovazzjoni bi rwol importanti fil-kura u fis-saħħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Ir-riċerka u l-innovazzjoni bi rwol importanti fil-kura u fis-saħħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow