Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: Jinfetħu uffiċini ġodda f’Għawdex favur servizzi għall-anzjani fil-komunità

PR230446
Date Icon 24/03/2023

Infetħu uffiċini ġodda f'Għawdex biex jaqdu l-bżonnijiet tal-anzjani Għawdxin li jgħixu fil-komunità. L-uffiċini jinsabu fil-bini l-ġdid taċ-Ċentru Servizz Anzjani fir-Rabat Għawdex, li fih saru diversi xogħlijiet.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela sostna l-importanza ta' dawn l-uffiċini li jassiguraw aċċessibbiltà għas-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Il-Ministru Abela spjega li f'dawn l-uffiċini qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tal-anzjani għall-istess servizzi. Dan filwaqt li jingħata wkollservizz ta' informazzjoni fejn l-anzjani jistgħu japplikaw għas-servizzi li jkollhom bżonn.

Il-Kap Eżekuttiv tal-AACC Dr Renzo De Gabriele spjega li s-servizzi li jiġu offruti f'Għawdex għall-anzjani Għawdxin minn Dar Padova f'Għajnsielem, huma: servizz ta' flebotomija (teħid tad-demm); servizz  domiċiljari ta' infermier u carer;  servizz ta' kontinenza (b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex), interventi mid-tim tad-dimensja, ċentru tal-attività tad-dimensja, klinika vaskulari, servizzi ta' podjatrija, occupational therapy, servizz  dijetetiku domiċiljari u  ta' nutrizzjoni, servizz ta' night shelter, servizz ta' psikoterapija u s-servizz ta' trasport għall-anzjani magħruf bħala Silver-T.

Dr De Gabriele qal ukoll li billi n-numru ta' ċittadini anzjani qed dejjem jiżdied,  l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità hija impenjata biex iżżid ħidmietha biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.

Anzjani Għawdxin interessati f'xi wieħed mis-servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jistgħu jimlew l-applikazzjoni li tinsab fuq is-sit elettroniku www.activeageing.gov.mtjew iżuru dawn l-uffiċini taċ-Ċentru Servizz Anzjani ta' Għawdex li jinsab 39, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: Jinfetħu uffiċini ġodda f’Għawdex favur servizzi għall-anzjani fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: Jinfetħu uffiċini ġodda f’Għawdex favur servizzi għall-anzjani fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: Jinfetħu uffiċini ġodda f’Għawdex favur servizzi għall-anzjani fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow