Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali

pr230443
Date Icon 24/03/2023

Ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, bejn il-gvern u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) - Voice of the Workers. Dan il-ftehim se jwassal biex diversi uffiċjali fi gradi rispettivi se jkunu qed jaraw titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u anke żidiet fis-salarji. 

Dan il-ftehim hu għal erba’ snin u jkopri sas-sena 2025, u għalhekk il-ħaddiema kollha se jingħataw l-arretrati b’lura mis-sena 2021. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-impjegati tal-aġenzija se jkunu qed jiffurmaw parti minn struttura ġdida li se toffrilhom opportunitajiet aħjar għal progress fil-aġenzija. Fl-istess ftehim qed jiddaħħlu wkoll miżuri li joħolqu bilanċ bejn il-kwalità tal-ħajja u x-xogħol, filwaqt li jissalvagwardjaw is-saħħa mentali tal-impjegati. 

L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, li spjega li dan huwa wieħed mid-disa’ ftehimiet kollettivi ffirmati fl-aħħar snin fil-Ministeru għall-Intern.  

Il-Ministru Camilleri tenna l-impenn li jiġi assigurat li kull entità jkollha ftehim kollettiv li jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol tajba u salarji aħjar għall-ħaddiema. F’dan il-każ, il-ħaddiema li magħhom kien iffirmat il-ftehim tal-lum għandhom rwol importanti fis-sistemi marbuta mal-immigrazzjoni, hekk kif din l-aġenzija hi responsabbli mill-evalwazzjonijiet u mid-deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjonijiet għall-ażil. Hu temm billi rrikonoxxa l-impenn kontinwu tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali u rringrazzjahom ta’ ħidmiethom. 

L-iffirmar tal-ftehim sar mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għal-Protezzjoni Internazzjonali, Malcolm Cutajar, flimkien ma’ rappreżentanti tal-impjegati tal-istess aġenzija, kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-UĦM. 

Is-Sur Mario Sacco, Direttur fil-UĦM – Voice of the Workers, qal li dan hu l-ewwel ftehim kollettiv għal din l-aġenzija u li joffri titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol filwaqt li ħoloq struttura ta’ karriera għall-impjegati.

Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Emmanuel Psaila, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Joyce Cassar, u rappreżentanti mit-taqsima tar-relazzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow