Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA: ​Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Konsultattiv ta’ Aġenzija Sapport​

pr212080
Date Icon 19/11/2021

Aġenzija Sapport, aġenzija nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, u li taħdem fil-qasam ta’ persuni b’diżabilità, waqqfet l-ewwel Kumitat Konsultattiv tagħha. Dan il-kumitat se jkun qed jipprovdi forum għal rappreżentazzjoni tal-benefiċjarji tas-servizzi ta’ Aġenzija Sapport u tal-qraba jew kustodji legali tagħhom. Permezz ta’ dan il-kumitat, persuni b’diżabilità li jużaw servizz wieħed jew aktar ipprovduti mill-Aġenzija Sapport se jkunu qegħdin jingħataw l-opportunità jagħmlu suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet dwar is-servizzi offruti mill-aġenzija.

It-twaqqif ta’ dan il-kumitat, li ħidmietu tibda kmieni s-sena li ġejja, saret waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras, u mid-Direttur inkarigata mill-Kumitat Konsultattiv Melanie Magri.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli rreferiet għat-tnedija ta’ dan il-kumitat bħala, “inizjattiva ġdida li l-għan tagħha huwa li tiffaċilita djalogu u tinkoraġġixxi l-qsim ta’ esperjenzi bejn persuni b’diżabilità u professjonisti fuq affarijiet li huma esklussivament relatati mas-servizzi ta’ Aġenzija Sapport. Inizjattiva li se tkun qed toffri wkoll spazju fejn il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar dak li jolqothom dirett mill-perspettiva tagħhom. Permezz tar-rakkomandazzjonijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat, Aġenzija Sapport ser tkun tista’ twassal programmi u pjani għal persuni li jużaw is-servizzi tagħha bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-istess persuni li jibbenefikaw minnhom.”

Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li l-ħolqien ta’ dan il-kumitat, “huwa parti minn eżerċizzju akbar fejn qegħdin nistiednu lill-imsieħba tagħna jipparteċipaw bil-għan li ntejbu s-servizzi u nilħqu bl-aħjar mod possibbli l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras iddeskriviet din l-inizjattiva bħala pass ieħor importanti lejn l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw lilhom. “L-Aġenzija Sapport qed turi l-impenn tagħha li tkompli ssaħħaħ ħidmietha, tisma’ lil dawk li jagħmlu użu u li jintlaħqu b’mod dirett mis-servizzi tagħha mill-perspettiva tagħhom. Fuq kollox l-aġenzija se tkun qed tilqa’ u tevalwa r-rakkomandazzjonijiet li jsirulha sabiex tkompli ssaħħaħ dejjem aktar l-operat tagħha bħala aġenzija nazzjonali”, hija stqarret.

Id-Direttur inkarigata minn dan il-Kumitat Konsultattiv Melanie Magri qalet li dan il-kumitat għandu jgħin lill-persuni b’diżabilità u anke lil dawk li jesperjenzaw id-diżabilità magħhom biex jgħidu huma kif jistgħu jitjiebu s-servizzi.

Il-Kumitat Konsultattiv se jkun iffurmat minn seba’ membri u tliet rappreżentanti ta’ Aġenzija Sapport. It-terminu se jkun ta’ sena, b’sejħa għall-applikazzjoni li ssir kull sentejn fejn jintgħażlu 14-il membru, sebgħa għal kull sena. Fuq il-Bord tal-Għażla ta’ dawn il-membri se jkun hemm ukoll rappreżentanza tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) kif ukoll mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA).

Aktar informazzjoni, inkluż it-termini u kundizzjonijiet ta’ kif wieħed għandu japplika jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-aġenzija: www.sapport.gov.mt.

L-applikazzjonijiet fetħu diġà u se jibqgħu jintlaqgħu sat-2 ta’ Jannar, 2022. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jkunux aċċettati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA: ​Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Konsultattiv ta’ Aġenzija Sapport​
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA: ​Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Konsultattiv ta’ Aġenzija Sapport​
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA: ​Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Konsultattiv ta’ Aġenzija Sapport​
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA: ​Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Konsultattiv ta’ Aġenzija Sapport​
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow