STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Verifika tat Teknoloġija tal Informatika: L-immaniġġjar tal-assi teknoloġiċi mill-ministeri u mid-dipartimenti tal-gvern
L-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) intitolat, 'IT Asset Management across Ministries and Departments of Government'. Ir-rapport analizza l-proċessi u l-proċeduri li jirregolaw l-immaniġġjar tal-assi tal-IT fis-servizz pubbliku. Ir-reviżjoni saret fuq tliet ministeri u żewġ dipartimenti li kienu jinkludu l-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, il-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u l-Istamperija tal-Gvern. Intalbet ukoll informazzjoni relatata mingħand iċ-Chief Information Officer (CIO) tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, mis-CIO tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mit-Teżor u mill-MITA.
Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin magħmula mill-NAO elenkati f'dan ir-rapport tal-verifika, essenzjalment jinkludu dawn li ġejjin:
- l-użu ta' sistema waħda integrata għall-immaniġġjar tal-assi, aċċessibbli mill-partijiet interessati ewlenin kollha tal-proċess, aktar milli jkun hemm data mifruxa fuq sistemi differenti li mhumiex integrati.
- twaqqif ta' Task Force sabiex, fost l-oħrajn:
- tfassal strateġija tal-immaniġġjar tal-assi tal-IT skont il-qafas imfassal preżentament jew li għad irid jiġi propost għall-immaniġġjar tal-assi;
- tinvestiga l-possibbiltà li tintegra l-funzjonalità tal-Asset Management Solution (AMS) preżenti tal-MITA fis-soluzzjoni l-ġdida ta' AMS li għandha tingħażel. Dan jiżgura li s-sistema l-ġdida żżomm, u ttejjeb fuq, il-funzjonalità attwali tal-AMS;
- tikkunsidra l-vijabbiltà tal-importazzjoni ta' data minn sistemi użati mill-MITA għall-immaniġġjar tal-IT u liċenzjar ta' software, għas-sistema proposta għall-immaniġġjar tal-assi tal-IT;
- tevalwa l-possibbiltà u l-fattibbiltà li testendi l-funzjonalità kurrenti tal- Comprehensive Financial Management System (CFMS) li taħseb għar-rekwiżiti tal-Accrual Accounting biex jinkludu l-ħtiġijiet operattivi tal-IT; u
- tiżgura l-integrazzjoni bejn is-CFMS u kwalunkwe sistema għall-immaniġġjar tal-assi tal-IT li l-gvern jista' jagħżel.
- aġġornament taċ-ċirkulari MF 14/1999 li tkopri l-immaniġġjar tal-inventarju tal-assi tal-gvern biex jiġi żgurat allinjament mad-definizzjonijiet elenkati fl-abbozz tal-International Public Sector Accounting System (IPSAS) u l-policies tal-ICT tal-Gvern ta' Malta (GMICT) għal dik li hi sigurtà tal-informazzjoni.
- adozzjoni ta' numru ta' identifikazzjoni uniku għal kull ass li adozzjoni ta' numru ta' identifikazzjoni uniku għal kull ass li għandu jintuża mill-partijiet interessati kollha, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni attwali fejn assi tal-IT jistgħu jingħataw numru differenti skont l-inventarju li fih ikunu reġistrati.
- verifika fiżika regolari biex tnaqqas il-possibbiltà li jinstabu diskrepanzi f'xi wħud mis-siti verifikati.
- verifika perjodika tal-assi mill-kustodji tal-istess assi.
Dan ir-rapport huwa aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika: www.nao.gov.mt jew mill-paġna ta' Facebook www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956