Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti

pr212050
Date Icon 15/11/2021

Il-President ta' Malta George Vella saħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex il-poplu Malti jagħraf juża l-ilsien nazzjonali tiegħu tajjeb. Huwa kien qed jitkellem waqt serata organizzata f'Jum l-Akkademja tal-Malti, li matulha ppreżenta l-Midalja tad-Deheb 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti' 2021 lill-Prof. Manwel Mifsud. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b'ħidma tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti u għal-letteratura Maltija.

Il-President irrimarka li ħidmet il-Prof. Mifsud bħala għalliem tad-dinamika tat-taħlit fl-ilsien Malti u tal-morfoloġija storika tal-Malti għandha tixprunana biex nagħmlu dak kollu possibbli biex ilsienna ngħożżuh u nagħrfu nużawh kif inhu xieraq. Fakkar li l-Prof. Mifsud ta kontribut importanti, eżempju ċar ta' kif ħidmet lingwista bħalu tista' tħalli l-frott tant mixtieq meta tmiss mal-ambjenti u l-imkejjen fejn titħaddem il-lingwa. Il-kontribut tiegħu jista' jinġabar ukoll f'lista twila fejn tidħol l-espressjoni kreattiva popolari bħalma hi l-kanzunetta Maltija.


Il-President awgura li l-ħidma tkompli sabiex dan il-legat ma jkunx biss mument marbut ma' rikonoxximent ta' ħidma li seħħet diġà b'tant impenn iżda wkoll il-punt tat-tluq għal impenn dejjiem favur ilsienna.

Fost dak li attendew għas-serata, li saret fil-Palazz ta' Sant'Anton taħt il-patroċinju distint tal-President u tas-Sra Vella, kien hemm membri tal-Akkademja tal-Malti kif ukoll qraba u ħbieb tal-Prof. Mifsud.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow