Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr212040
Date Icon 13/11/2021

Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għaċ-ċerimonja kommemorattiva li fakkret għeluq il-75 sena minn meta l-Ġnus Magħquda waqqfu l-UNESCO bħala l-Organizzazzjoni tal-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura għall-Paċi, li ttellgħet fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNESCO f'Pariġi.

Għaċ-ċerimonja attendew madwar 30 Kap ta' Stat u Gvern minn madwar id-dinja. Fiha ħadu sehem ukoll għadd ta' artisti u persuni magħrufa minn madwar id-dinja fosthom l-attur, producer tal-films u attivist ta' fama internazzjonali Forest Whitaker, li huwa wkoll Goodwill Ambassador tal-UNESCO u mibgħut speċjali għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni.

Dinjitarji oħra, fosthom is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres u l-Papa Franġisku għamlu l-interventi tagħhom b'mod virtwali.

Iċ-ċerimonja tal-75 anniversarju tal-UNESCO qiegħda ssir fil-kuntest tal-Konferenza Ġenerali tal-istess organizzazzjoni li tinżamm f'Pariġi kull sentejn, din is-sena qed issir bejn id-9 u l-24 ta' Novembru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow