Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr142405
Date Icon 19/10/2014

Il-gidba vera hija min dejjem qalli ma jistgħux jorħsu l-kontijiet

Wara li għal snin, il-Gvern preċedenti qal lill-familji u n-negozji li huwa mpossibli li jorħsu l-kontijiet, u li kellhomjidraw il-kontijiet għoljin, illum, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttilreġa’ pprova jieħu l-mertu tar-roħs fil-kontijiet li sar minn dan il-Gvern.

Dan wara li ftit tal-jiem ilu, l-istess SimonBusuttil ipprova jitfa’ d-dubju dwar jekk hux vera sar dan ir-roħs. Din hijal-inkonsistenza ta’ Simon Busuttil.

F’intervista fuq l-istazzjon tal-PartitNazzjonalista, Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil reġa ddefenda l-impjanttal-BWSC li jaħdem bl-aktar żejt li jniġġeż il-Heavy Fuel Oil.

Huwa biss permezz ta’ ħidma bil-għaqal minn danil-Gvern, li ġab investiment li  dan l-impjant se jkun qed jinqalebgħall-gass.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni wera wkoll kemm ma qabadxart fil-qasam tal-Enerġija, tant li ma kienx jaf li Gvern Nazzjonalista kienqed jaħdem fuq enerġija ġġenerata mir-riħ u mhux mix-xemx. Proġett li rriżultali l-anqas biss kien jista’ jsir.

Simon Busuttil ma’ qalx lanqas li fil-proġett tal-interconnector,il-Gvern preċedenti lanqas il-permessi neċessarji ma kien ġab.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla juri kemm ma’qabadx art f’dan il-qasam għaliex l-anqas biss kien jaf li l-pjanijiettal-Gvern dwar id-diviżjoni tal-petroleum tħabbru fil-Parlament f’Ġunjuli għadda.

Dan huwa każ ieħor fejn Simon Busuttil jew qedjipprova jqarraq jew qed ikompli juri kemm ma’ qabadx art f’dan il-qasam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow