Left arrow Go Back

IL-MINISTRU BRINCAT JINDIRIZZA S-SUMMIT AMBJENTALI FIL-KOREA T’ISFEL

pr142383
Date Icon 17/10/2014
Impenn tal-GvernMalti bil-fatti favur il-ħarsien tal- bijodiversita' u l-ħlejjaq naturali fil-gżejjer tagħna
Il-Gvern Malti huwa impenjat bil-fatti li jaħdem favur il-ħarsien tal-bijodiversita' u l-ħlejjaq naturali fil-gżejjer tagħna kif imfisser u mwiegħed fil-programm elettorali tiegħu.
Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, meta kien qed jindirizza l-laqgħa plenarja tal-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversita' ġewwa Pyeongchang, fil-Korea t'Isfel li għaliha attendew eluf ta' parteċipanti minn għadd ta' gvernijiet, organizazzjonijiet tan-negozju u għaqdiet ambjentali.
Il-Ministru Brincat sejjaħ għal aktar integrazzjoni u mainstreaming tal-bijodiversita' fl-agenda post 2015 tal-Iżvilupp Sostenibbli  tal-Ġnus Magħquda.
Huwa fisser it-tema tal-Konvenzjoni: Bijodiversita' u Żvilupp Sostenibbli bħala rabta naturali li għandha biss tissaħħaħ bl-isforzi tagħna lkoll.
Huwa wera t-tħassib tiegħu li ħafna mill-miri globali tal-bijodiversita' ma kienux qed jintlaħqu skont il-UN Global Biodiversity Outlook li għadu kif ġie ppublikat. Aktar u aktar meta r-rapport qed ibassar li l-affarijiet mistennija jkomplu jmorru għall-agħar fis-snin li ġejjin.
Huwa qal li kien dmir u obbligu ta' din il-Konvenzjoni dinjijja li tqajjem kuxjenza qawwija dwar dan kollu.
Meta ġie mistieden jagħmel presentazzjoni lill-laqgħa plenarja dwar Nature based solutions to global challenges: Why harness biodiversity?, il-Ministru Brincat qal li llum qed ikompli jiġi żviluppat il-kunċett tal-hekk imsejjaħ Natural Capital anki b'sehem ta' investiment mis-settur privat, li huwa maħsub li diġa' qed iwassal għal madwar 35% tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta' 7% tal-jobs fl-Unjoni Ewropea li huma lkoll  dipendenti fuq l-ekosistemi.
Brincat ħeġġeġ lis-settur kummerċjali u dak tan-negozju biex jagħrfu li l-bijodiversita' toffri ħafna opportunitajiet għall-investiment u għan-negozju, filwaqt li n-negozju nnifsu jista’, speċjalment permezz tal-innovazzjoni u tal-mobilizazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, joffri għadd ta' benefiċċji lill-bijodiversita' nnifisha. Fosthom billi jagħmel minnu nnifsu mutur tal-proċess tal-bidla. Huwa saħaq li hawnekk tidħol ukoll il-Coporate Social Responsibility fil-prattika.
Huwa qal li l-kwalita' tal-arja, l-ħarsien tat-tibdil tal-klima, l-iżvilupp ta' low carbon economy flimkien mal-ekonomija l-ħadra kollha għandhom jibbenefikaw mill-ħarsien tal-bijodiversita'. Proċess li permezz tiegħu apparti milli nkunu qed inħarsu l-wirt naturali tagħna nkunu wkoll qed nindirizzaw għadd ta' sfidi ambjentali.
Brincat appella għall-sinerġija akbar fil-mixja lejn dawn is-soluzzjonijiet, li jagħtu għarfien akbar lill-kuntest lokali fil-pajjiżi rispettivi, lill-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll lill-cost-effectiveness ta' dak kollu li jkun qed jiġi attwat. Illum dan jista’ jsir id f'id ma’ għadd ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi li għandhom jiffaċilitaw dan il-proċess, speċjalment dawk it-teknoloġiji bbażati fuq enerġija nadifa li twassal għall-anqas emissjonijiet.
Il-Ministru Brincat stqarr li ħidma meqjusa u bil-galbu f'din id-direzzjoni għandha twassal għall-titjib fl-ambjent u l-ekonomija, flimkien mal-kwalita' tal-ħajja li s-soċjeta' nnifisha tkun qed tibbenefika minnhom.
Il-Ministru kellu għadd ta' laqgħat bilaterali waqt li kien fir-Repubblika tal- Korea, fosthom ma’ delegazzjonijiet Ministerjali mill-Korea, l-Ġappun u t- Turkija kif ukoll mad-Direttur Ġenerali tal-Global Green Growth Initiative. Il- Ministru ġie anki intervistat mill-media ġewwa Seoul, fosthom The Korea Times u Chosun Ilbo. 

presentation attached (pr142383b.pdfpr142383b.pdf)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow