Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA FIL-JUM INTERNAZZJONALI KONTRA L-FAQAR

pr142380
Date Icon 17/10/2014
Wieħed minn kull erba’ ċittadini Ewropej jgħix fil-faqar jew f’riskju ta’ esklużjoni soċjali.  Il-faqar mhux biss għadu magħna, iżda kompla jerfa’ rasu.  Dan ifisser li l-faqar se jibqa’ theddida għad-demokrazija, sfida ewlenija għall-ġustizzja soċjali u ostaklu kbir għall-Ewropa soċjali. 

Ħadd ma jagħżel li jkun fqir.  Il-faqar huwa taħlita ta’ esperjenzi personali, kuntesti soċjali, realtajiet ekonomiċi globali u deċiżjonijiet politiċi.  Il-faqar huwa primarjament  sintomu ta’ soċjetajiet li mhumiex lesti li jistaqsu, jisfidaw u fejn hemm bżonn anke jmorru kontra l-kurrent ta’ ekonomija globali, li f’mumenti estremi tat-tħaddim tagħha kompliet tikkonċentra l-ġid li kattret.    

Il-faqar huwa theddida ewlenija għall-paċi.  In-nuqqas ta’ paċi li nitkellmu dwaru kuljum għandu l-għeruq tiegħu fl-inġustizzji materjali li jiddefinixxu lid-dinja f’dan is-seklu.  Dan meta l-istess dinja għandha għerf u mezzi biżżejjed biex tgħin lill-umanità kollha tgħix ħajja xierqa. 

Quddiem ir-realtà globali ta’ miljuni li jkollhom jgħaddu b’dollaru kuljum, miljuni bla xogħol,  miljuni oħra li huma fqar minkejja li jaħdmu bil-paga, u numru kbir ta’ bnedmin li jmutu kuljum għax imċaħħdin mid-drittijiet bażiċi, ma nistgħux ma nistaqsux għaliex id-distakk materjali u soċjali bejn il-bnedmin fl-istess soċjetajiet u bejn is-soċjetajiet kompla jikber; distakk materjali u soċjali jista' jitqies bħala distakk uman, proċess ta’ kontra l-umanità li jattakka d-dinjità tal-individwu u tal-komunitajiet imġarrba.

Il-Presidenza temmen, u hekk qiegħda tagħmel permezz tal-Osservatorju għall-Għixien Xieraq, waħda mill-entitajiet fi ħdan il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, li r-riċerka u r-riflessjoni kritika u kollettiva huma indispensabbli għat-tħaddim tal-valur tal-ġustizzja soċjali.  Meta l-poplu jipparteċipa fi djalogu infurmat li jwassal għall-azzjoni, ikun qiegħed iħares 'il quddiem b'mod pożittiv lejn soluzzjonijiet li jistgħu itaffu u jwasslu lejn l-eliminazzjoni tal-faqar li hija l-ġurnata li qed infakkru llum.

Il-Presidenza tittama li dan il-jum iservi biex nifhmu li l-ifqar fost il-fqar, dawk tal-aħħar, għandhom dejjem jiġu l-ewwel fil-prijoritajiet tagħna.  
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow