Left arrow Go Back

IL-FIERA TAL-KOTBA FL-ISKOLA SEKONDARJA FIL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX

pr142371
Date Icon 16/10/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar l-iskola sekondarja fi ħdan il-kulleġġ ta’ Għawdex. Il-Ministru awgura lill-iskola tal-inizjattiva li ħadu l-Gozo Live u l-Kulleġġ ta’ Għawdex li jniedu Fiera tal-Kotba f’din l-iskola. Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-għalliema tal-impenn u d-dedikazzjoni  tagħhom.

Għalkemm qed ngħixu f’era fejn qed naraw żvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija, il-ktieb jibqa’ dejjem importanti, għax kif jgħidu l-ktieb huwa l-aqwa ħabib.  Il-qari minn dejjem kien sors ta’ edukazzjoni u tagħlim siewi, speċjalment meta dan jibda’ minn età ċkejkna.  Il-Ministru ħeġġeġ lill-istudenti biex jaqraw għax kif jgħid il-qawl Malti bil-qari titgħallem.

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex Victor Galea u l-Kap tal-Iskola Tereża Camilleri wrew lill-Ministru Anton Refalo x-xogħlijiet li twettqu f’din l-iskola sabiex tiġi introdotta l-ko-edukazzjoni fil-Year 7 kif ukoll ix-xogħol fuq il-laboratorji ġodda tax-xjenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow