Left arrow Go Back

FOUNDATION FOR TOMORROW’S SCHOOLS: REGULARITY AUDIT ON PROCUREMENT

pr142363mt
Date Icon 15/10/2014

L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-Onor. Speaker rapport intitolat ‘Foundation for Tomorrow’s Schools: Regularity Audit on Procurement’. Din il-verifika ffukat fuq diversi aspetti, fosthom, kemm il-leġislazzjoni li tirregola x-xiri qed tiġi osservata, inkonsistenzi kif tmexxew il-kuntratti, varjazzjonijiet fl-ispejjeż u dewmien fit-tlestija ta’ proġetti. Matul l-2012 u l-2013, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) assenjat 140 kuntratt, b’valur kuntrattwali ta’ €9.6 miljun. Din ir-reviżjoni ffukat fuq kampjun ta’ 22 proġett, li jirrappreżenta valur kuntrattwali ta’ ’l fuq minn €1.4 miljun.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) identifika għadd ta’ nuqqasijiet, b’enfasi fuq każijiet fejn l-istima tal-FTS kienet ferm ogħla mill-offerti li rċeviet, tibdil konsiderevoli fix-xogħlijiet ippjanati, varjazzjonijiet sostanzjali, u dewmien notevoli biex tlestew il-proġetti.

Id-differenza bejn l-offerti eleġibbli u l-istimi tal-FTS ġibdet l-attenzjoni tal-NAO. Ta’ interess partikolari kienu dawk il-każijiet fejn l-istima kienet ferm ogħla mill-offerti kollha sottomessi, indikazzjoni ċara li kien hemm nuqqas ta’ għarfien tar-rati tas-suq min-naħa tal-Fondazzjoni. Nuqqas ieħor identifikat kien it-tibdil sostanzjali fid-disinn tal-proġetti, li dehru evidenti min-numru ta’ tibdiliet sostanzjali fil-Bills of Quantities. Dan jimplika li l-ippjanar tal-proġett sar b’mod fqir, li allura wassal għall-ħtieġa ta’ tibdil matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, għalkemm mhux neċessarjament irriżulta fi spejjeż żejda.

L-Uffiċċju nnota li numru konsiderevoli ta’ proġetti damu biex tlestew. F’każi fejn instab li l-FTS kienet responsabbli għal xi dewmien, l-NAO ikkunsidra dan bħala indikazzjoni ta’ nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-immaniġġjar tax-xogħlijiet meħtieġa. Min-naħa l-oħra, l-NAO innota li diversi kuntratturi li kienu responsabbli għal xi dewmien qatt ma ġew ippenalizzati kif speċifikat fil-kuntratt.

Kuntratti mogħtija permezz ta’ direct orders għandhom ikunu ristretti għal-każijiet ta’ urġenza ġenwina u ċirkostanzi mhux previsti, u mhux biex jagħmlu tajjeb għall-ippjanar ħażin u l-immaniġġjar ineffettiv. Filwaqt li ċerti direct orders issodisfaw dawn il-kriterji, oħrajn le, għax ix-xogħlijiet kuntrattati setgħu ġew antiċipati, ippjanati b'mod xieraq u mwettqa permezz ta’ metodi ta’ xiri aktar miftuħa. Nuqqasijiet oħra identifikati fir-rigward ta’ dawn id-direct orders, u l-proġetti l-oħra eżaminati, huma ppreżentati fir-Rapport, li hu aċċessibbli direttament mill-website tal-NAO - www.nao.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow