Left arrow Go Back

FTEHIM BEJN L-ARKIVJI NAZZJONALI TA’ MALTA, L-ARKIVJU RICHARD ELLIS (MALTA) U L-KUNSILL TAL-BELT TA’ GIRONA GĦALL-KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-FOTOGRAFIJA FL-ARKIVJI

pr142348
Date Icon 15/10/2014
Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2014 f’Girona (Spanja),  l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, l-Arkivju Richard Ellis (Malta) u l-Kunsill tal-Belt ta’ Girona, Centre de Recerca i Difusió de la Imatge (Centre for Image Research and Diffusion - CRDI), iffirmaw Memorandum of Understanding bil-mira li jaħdmu flimkien fl-għarfien, fil-ħarsien, fil-promozzjoni u fid-disseminazzjoni tal-kollezzjonijiet fotografiċi tagħhom.
F’dan il-ftehim huma qablu li jaħdmu fuq proġetti konġunti għall-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet fotografiċi tagħhom, riċerka konġunta, taħriġ dwar il-fotografija u żvilupp tal-ħiliet  tal-persuni li jaħdmu fuq materjal fotografiku ġewwa l-arkivji.
Ian Ellis, id-direttur tal-Arkivju Richard Ellis esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim li ser ikompli jsaħħaħ il-kollezzjoni unika ta’ dan l-arkivju kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u arkivji oħra.  Is-Sindku Carles Puigdemont i Casamajó, kien sodisfatt ferm bil-kontribut li dan il-ftehim ser jagħti fl-iżvilupp tar-rabtiet kulturali u storiċi fil-kuntest Ewropew u Mediterranju. 
L-Arkivista Nazzjonali Charles Farrugia qal “Nirringrazzja lill-Arkivju Richard Ellis u lill-Arkivju tal-Belt ta’ Girona li ħdimna flimkien biex naslu għal dan il-ftehim.  Dan huwa l-bidu ta’ proġett bejnietna sabiex flimkien nagħtu l-pass li jmiss fl-iżvilupp tal-arkivji tagħna, din id-darba fil-qasam tal-fotografija.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow