Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TNIEDI L-KAMPANJA ‘JIEN VOLUNTIER U INT?’

pr142320
Date Icon 11/10/2014

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TNIEDI L-KAMPANJA ‘JIEN VOLUNTIER U INT?’
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca dalgħodu nediet il-kampanja ‘Jien Voluntier u Int?’, kampanja tal-Presidenza biex tħeġġeġ iktar voluntiera jiġu ’l quddiem għal tant attivitajiet b’risq il-Malta Community Chest Fund.  F’indirizz li għamlet f’din il-kampanja, il-President appellat li l-pajjiż għadu ma kkalkulax biżżejjed is-saħħa u l-valur ekonomiku tal-volontarjat li qed irendi tant ġid f’pajjiżna.  Il-President spjegat kif fl-Ewropa, il-volontorjat jitqies bħala t-tielet settur ekonomiku, għax tant iħalli effett qawwi soċjali li kieku jiġi kkalkulat bi flus, iġib valur għoli ħafna.

Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-mijiet ta’ voluntiera li attendew bi ħġarhom għal din il-kampanja, qed iħallu messaġġ qawwi lis-soċjetà li meta wieħed jaħseb f’ħaddieħor, mhux biss qed jagħti ħafna ġid, iżda jikseb ħafna ġid lura fil-qalb.

Il-President ta’ Malta qalet li s-soċjetà Maltija u Għawdxija għalhekk hija soċjetà rikka, għaliex għandha nies b’qalb soċjali li tagħti każ lil ħaddieħor, u għaliex tifhem li fil-ħajja kulħadd b’xorti ħażina jista’ jiltaqa’ mal-mard, mal-gwaj, ma’ sitwazzjoni diffiċli u li għalhekk ilkoll irridu nuru solidarjetà ma’ xulxin.

Marie Louise Coleiro Preca appellat lill-Maltin u l-Għawdxin biex jersqu ’l quddiem u jagħtu ftit minn ħinhom għaliex il-bżonnijiet ta’ dawk li qed jibbenfikaw mill-Malta Community Chest Fund huma kbar ħafna, u li hemm bżonn inkabbru dan il-fond ħalli iktar nies f’sitwazzjoni iebsa, jingħataw s-sostenn li għandhom bżonn.

Min huwa interessat li jkun voluntier jista’ jew imur il-Palazz ta’ Sant’Anton, iċempel fuq 21226226 jew email fuq mccf@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow