STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA
pr142319
11/10/2014
Id-Dipartiment għas-Saħħa jinnega b’mod assolut li kien hemm każ suspettuż ta’ Ebola fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-każ li qed jirreferu għalih ċertu sezzjonijiet tal-media fl-ebda ħin f’dawn l-aħħar sitt xhur ma kien msiefer barra minn Malta jew ikkunsidrat li seta’ kien każ suspettuż ta’ Ebola. Id-Dipartiment għas-Saħħa jappella biex ma jkunx hemm allarm frivolu u prematur fuq affarijiet daqshekk serji.
Id-Dipartiment għas-Saħħa qed jieħu l-passi kollha rrakkommandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bi preparamenti għal każijiet ta’ Ebola.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045