MAĦRUĠA SEJĦA PUBBLIKA GĦAL SENIOR POLICY OFFICERS FI ĦDAN IR-RAPREŻENTANZA PERMANENTI TA’ MALTA GĦALL-UE
Fl-laqgħa bilaterali li Dr Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza 2017 u għall-Fondi Ewropej kellu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Islovakkja Miroslav Lajcak, ġew diskussi diversi temi ta’ importanza Ewropea fosthom il-klima u l-enerġija.
Id-delegazzjonijiet qablu wkoll li t-tisħiħ tal-ambjent soċjo-ekonomiku jista’ jgħin sabiex l-ambjent tan-negozju ikun aktar favorevoli fil-konfront tal-investiment privat.
Ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej partikolarment l-irwol tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ koleġislazzjoni mal-Kunsill tal-Ministri.
Fl-istess ħin Dr Borg u Lajcak tkellmu ukoll dwar il-preparattivi li l-gvernijiet ta’ Malta u tas-Slovakkja qed jaħdmu flimkien mal-gvern tal-Olanda illi flimkien jiffurmaw it-‘Trio’ tal-pajjiżi li se jkunu responsabbli mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja illi Malta se tkun qed tippresedi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2017. Dr Borg tkellem dwar il-prijoritajiet illi l-Malta se tkun qed issegwi u semma kif fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiltaqa’ mas-Segretarji Permanenti fi ħdan il-Ministeri kollha sabiex ikompli l-proċess ta’ konsultazzjoni fit-tħejjija għall-Presidenza.
F’dan ir-rigward tenna jgħid li fil-jiem li għaddew għadhom kif ħarġu l-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Senior Policy Officers fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u li se jkunu responsabbli għal oqsma partikulari fil-fora tal-Unjoni Ewropea partikularment f’dak li għandu x’jaqsam mal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2017.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045