TIBDA S-SENA AKKADEMIKA GĦALL-UNIVERSITÀ TAT-TIELET ETÀ
Il-Gvern joffri għajnuna finanzjarja lill-Università tat-Tielet Età fil-Kottonera
Waqt laqgħa fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana attendiet għat-tnedija tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li dan il-kors ta’ tagħlim huwa xhieda ċara li l-esperjenza tal-Università hija aktar minn waħda edukattiva, iżda relatata mal-ħajja soċjali bħal m’huma ħbiberiji ġodda u il-qsim tal-esperjenzi differenti. Skont Caruana, l-Università tat-tielet età hija pedina ewlenija fil-mira biex nittrasformaw lil Malta f’Age-Friendly Society u kif ukoll tindirizza l-bżonnijiet intelletwali, emozzjonali, fiżiċi, ta’ diveriment u ħtiġijiet spirtiwali, kif ukoll tipprovdi lill-persuni anzjani l-opportunità li jagħmlu l-ħajja tagħhom aktar produttiva u dinamika.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li l-viżjoni tal-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva hija li jkompli jsaħħaħ l-iżvilupp b’suċċess tal-Università tat-tielet età biex din tilħaq aktar lokalitajiet f’Malta. Ħabbret li is-Segretarjat Parlamentari se jikkontribwixxi lejn il-finanzjment tal-Università tat-Tielet Età fil-Kottonera.
Adulti ikbar li mhumiex f’saħħithom jew ma joħorġux minn djarhom minħabba raġunijiet ta’ saħħa m’għandhomx jiġu esklużi minn opportunitajiet ta’ taħriġ fuq il-ħajjja.
Hi semmiet il-bidla li seħħet fiċ-ċentri ta’ matul il-jum li ġew trasformati f’LifeLong Learning Hubs fejn anke ġie mfassal programm addattat f’kull ċentru li b’kollox jammontaw għal wieħed u għoxrin ċentru f’Malta. Semmiet ukoll li ser jiġu organizzati korsijiet għal qabel l-irtrirar, kif ukoll ċentru għat-tagħlim għall-Anzjani fil-Mosta. Dawn huma kollha inizjattivi ġodda li qed jieħu u ser jieħu is-Segretarjat u li huma kompletament iffinanzjati mil-Gvern biex tiġi implimentata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045