STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
B’referenza għar-rappurtaġġ f’diversi mezzi tax-xandir dwar il-proċeduri ġudizzjarji għall-estradizzjoni ta’ Sebastiano Brunno, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jrid jispeċifika li t-talba għall-estradizzjoni, mill-prosekuzzjoni waslet għall-ewwel darba għand il-Ministeru dalgħodu fl-10.30 am.
Il-Ministeru huwa infurmat li f’każijiet bħal dawn, il-prosekuzzjoni titlob lill-Qorti perjodu qasir ta’ ġranet li fih titlob l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja skont il-liġi, u hekk għamlet ukoll f’dan il-każ.
Il-Ministru Bonnici, li bħalissa jinsab impenjat f’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, se jkun qed jieħu konjizzjoni ta’ din it-talba urġentement sabiex il-proċess fil-Qorti jimxi bi speditezza, kif isir f’kull każ ta’ estradizzjoni.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045