Left arrow Go Back

ID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA TKOMPLI TIEĦU SEHEM FIL-LAQGĦAT TAS-60 KONFERENZA TAL-COMMONWEALTH

pr142297
Date Icon 09/10/2014

Illum kompliet tiltaqa’ s-60 Konferenza tal-Commonwealth  Parliamentary Association f’Yaoundè fil-Cameroon li għaliha qegħdin jattendu Carmelo Abela, David Agius, Anthony Agius Decelis, immexxija mill-iSpeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia.

L-iSpeaker attenda l-workshop li ddiskuta s-sehem tat-trasparenza u l-kontabilità fit-tmexxija.  Fl-intervent tiegħu, Farrugia rrefera għal dak li qed isir fil-Parlament Malti biex ikun hemm aktar trasparenza u governabilità tal-istess governanza tal-pajjiż.  Huwa semma t-tisħiħ tal-isituzzjonijiet parlamentari,  bhall-kumitat dwar il-komporatament etiku tal-parlamentari fejn il-partecipazzjoni hija ugwali min-naha tal-gruppi parlamentari, u l-istess Speaker li jkun qed jippresjedi jkollu, jekk ikun il-każ, il-casting vote u dan biex jiġi assigurat li l-ebda gvern, irrispettivament mill-maġġoranza li jkollu ma jkun jista‘ jinfluwenza l-operat tal-istess kumitat. 

Huwa rrifera wkoll għall-fatt li f’Malta l-Awditur Ġenerali huwa uffiċjal tal-parlament kuntrarjament għal dak li jsir f’diversi pajjiżi tal-Commonwealth fejn l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali la huwa entrenched fil-kostutizzjoni u lanqas jirrispondi għall-parlament.  Semma wkoll l-importanza tat-tisħiħ tal-Public Accounts Committee  partikolarment għall-fatt li dan jista’ jkun strument biex jara u jirrapporta possibbilment anke korruzzjoni fil-finanzi tal-pajjiż.  Huwa staqsa għaliex f’ċerti pajjiżi fil-Commonwealth il-kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet kontra l-korruzzjoni mhjiex komposta minn persuni indipendenti minn kull influwenza tal-partit.  Dan il-punt  kien parti mir-risposta ta’ waħda mill-moderators tal-workshop, Amanda Fazio.

Anthony Agius Decelis, fil-konklużjoni tal-workshop talab li tingħata kopja tal-preżentazzjonijiet tal-kelliema, talba li fil-fatt ġiet milqugħa u se jkunu online fuq il-website tas-CPA. David Agius ħa sehem ukoll f’dan il-workshop.

Carmelo Abela, attenda l-workshop li ddiskuta l-Millennium Development Goals u s-Sustainable Development Goals fid-dawl tal-Commonwealth Charter u l-miri tal-Ġnus Magħquda.  Fl-intervent tiegħu huwa qal li għalkemm sar ċertu progress żgur li għad fadal ħafna xi jsir biex il-pajjiżi kollha jilħqu l-miri tal-millenju.  Xi drabi nsibu li l-miżuri ta’ awsterità anke f’pajjiżi żviluppati jmorru kontra ċerti miri bħat-tnaqqis fil-faqar.  Fl-istess Unjoni Ewropea l-faqar qed jiżdied u hemm bżonn impenn akbar inkluż dak finanzjarju biex din il-mira tintlaħaq.  Il-Parlamenti nazzjonali għandhom ukoll responsabilitajiet biex jaraw  li l-gvernijiet ta’ pajjiżhom jimplimentaw dawn il-miri. Finalment meta nitkellmu dwar il-futur tal-Commonwealth issa li laħqet il-65 sena tagħha, hemm bżonn li aktar minn qatt qabel niffukaw fuq dawn l-issues.  Dawn il-Millennium Development Goals u s-Sustainable Development Goals huma temi li għandhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini tagħna.

Wara nofsinhar komplew jiltaqgħu l-workshops u l-iSpeaker Farrugia attenda u pparteċipa fil-workshop li ddiskuta l-materja tal-bżonn ta’ kodiċi ta’ etika għall-Membrti Parlamentari.  Huwa beda biex jgħid li fl-1972 il-Parlament kien għadda liġi fejn iddikriminalizza l-omosesswalità. Huwa qal li qabel ma l-Parlament għadda biex iħejji l-abbozz ta’ liġi dwar l-istandards u l-etika tal-Membri Parlamentari, il-Parlament għadda l-liġi li tat id-drittijiet lill-minoranzi, fosthom tal-unjnijiet ċivili.  Fuq domanda li għamel il-Professur Ken Coghill, wieħed mill-moderators tal-workshop, dwar jekk il-liġi Maltija tagħmilx eċċezzjoni fil-każ tal-Membri Parlamentari fejn tidħol prosekuzzjoni, l-iSpeaker Farrugia qal li f’Malta, f’każ ta’ proċeduri kriminali, membru Parlamentari ma jiġix trattat differenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow