SEMINAR DWAR IL-PROGRAMM TA’ ĊITTADINANZA B’INVESTIMENT F'LONDRA
Dalgħodu f’Malta House, Londra, ittella’ seminar dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment li qed ikompli jattira interess lejn pajjiżna minn nies ta’ reputazzjoni.
Bħalma ġara ġimgħatejn ilu fi New York, għas-seminar attendew investituri ta’ portata li huma t-tip ta’ persuni ta’ talent, b’kuntatti globali, li Malta qed jirnexxila tressaq lejha. Dan is-seminar, li kien organizzat fuq inizjattiva tal-kumpanija Henley & Partners bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Malti, kien jinkludi preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programm f’Malta wara ftit xhur mit-tnedija tiegħu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq fuq il-bżonn li l-innovazzjoni tibqa’ tkun iċ-ċavvetta għas-suċċess billi tinċentiva l-investiment u toħloq il-ġid.
L-istess kif pajjiżna ħa l-indipendenza tiegħu u mexa ’l quddiem, f’setturi bħall-manifattura, it-turiżmu, u iktar riċenti s-servizzi finanzjarji u r-remote gaming, issa Malta trid tmexxi, u mhux issegwi, l-avvanzi innovattivi fil-kunċett taċ-ċittadinanza.
Dr Muscat qal li Malta hija interessata fit-talent ta’ investituri barranin, biex mal-kapaċità tal-poplu Malti li jaħdem mal-kommunità globali, tkompli tiżdied il-kompetitività tal-ekonomija Maltija li fit-tieni kwart ta’ din is-sena diġà rreġistrat l-akbar żieda minn fost il-pajjiżi kollha taż-żona Ewro.
It-triq tas-suċċess internazzjonali hija l-għażla naturali għall-futur ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045