Left arrow Go Back

FJAKKOLATA FUQ GĦAR ILMA U L-KUNĊERT MUŻIKALI SYMPHONY OF LIGHTS

pr142290
Date Icon 08/10/2014

Il-Fjakkolat fuq Għar Ilma u l-kunċert muzikali Symphony of Lights ġew imħabbra mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Il-Kumitat tal-Għaqda tal-armar ta' Santa Luċija flimkien mal-Kumitat Amministrattiv  b’għajnuna  mill-Ministeru għal Għawdex ser tiġi mtellgħa Fjakkolata fit-12 t' Ottubru 2014 .  Din il-fjakkolata li ilha ssir għal aktar minn 30 sena tiġi organizzata għal festa tal-Madonna ta' Fatima.  Din il-fjakkolata tiġbed l-attenzjoni ta' bosta Għawdxin minn diversi rħula f'Għawdex, minħabba li din issir fuq l-għolja ta' Għar Ilma.  Din is-sena il-Kumitat tal-Għaqda tal-armar iddeċieda illi jpoġġi din il-fjakkolata għal Malta Book of Records.  

Attività oħra li tiġi organizzata ukoll mill-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Luċija hija  l-Kunċert Muzikali bl-isem Symphony of Lights.  Din hija it-tielet edizzjoni li ser titella' nhar il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru 2014, fit-8.30pm fil-Pjazza ta' Santa Luċija.  F' dan il-kunċert jippateċipaw il-Gozo Youth Wind Band taħt id-direzzjoni tal-Mro. Joseph Grech.  Jieħdu sehem ukoll is-sopran Christabelle Formosa, il-kantanti Kathryn Delaney u Christine Camilleri.  F'din l-attività jkun hemm ukoll il-logħob tan-nar.  Il-Ministru għal Għawdex esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan ix-xogħol li qed isir .  Huwa reġa’ tenna li l-Ministeru għal Għawdex huwa dejjem favur dawn l-inizjattivi u dejjem ser ikun qed jgħin  inizjattvi li jgħinu biex aktar Maltin u turisti jżuru lil Għawdex anke fix-xhur tax-xitwa.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow