IL-MINISTRU BRINCAT JILTAQA MAD-DIRETTUR TAR-RIĊERKA TAL-ISTITUT TAL-EKONOMIJA AMBJENTALI U TAL-ENERĠIJA TAL-UNIVERSITA' BOCCONI
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat illum kellu laqgħa fl-uffiċċju tiegħu ma' Dr Fabio Iraldo, li huwa d-Direttur tar-Riċerka fl-Istitut tal-Ekonomija Ambjentali u tal-Enerġija fl-Universita' Bocconi ta' Milan.
Dr Iraldo li jinsab Malta bħala mistieden tal-WasteServ għall-konferenza Promoting Zero Waste: The importance of communication in the waste management sector, kien wieħed mill-esperti ewlenin li indirizza l-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Ambjent taħt il-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea ġewwa Milan, li għaliha kien preżenti l-Ministru Brincat fejn it-tema ewlenija kienet l-ekonomija l-ħadra.
Waqt il-laqgħa tal-lum, il-Ministru Brincat u Dr Iraldo tkellmu dwar il-mixja tal-Unjoni Ewropea lejn dik li tissejjaħ A Circular Economy, li għandha bħala l-bażi tagħha kif anki fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart wieħed jista juża aħjar ir-riżorsi li jeżistu f'mod sostenibbli, filwaqt li jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku flok ixekklu.
Il-Ministru Brincat qal li hemm ħafna triqat li wieħed jista’ jieħu biex jintlaħaq dan il-għan iżda fl-istess waqt bħala proċess żgur mhiex għażla li wieħed iħalli kollox kif inhu bla mittiefes.
Huwa żied jgħid li dan l-ispirtu huwa rifless fil-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart li l-Parlament Malti approva fil-bidu ta' din is-sena u ser ikun rifless saħansitra aktar f'inizjattivi ġodda li ser jittieħdu fil-ġejjieni qrib.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045