Left arrow Go Back

DELEGAZZJONI MILL-PARLAMENT MALTI MMEXXIJA MILL-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA TATTENDI GĦAT-“34TH SMALL BRANCHES CONFERENCE” ORGANIZZATA MILL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION FIL-CAMEROON

pr142276
Date Icon 07/10/2014
Il-bieraħ f’Yaoundè fil-Cameroon, iltaqgħet it-34th SmallBranches Conference tas-CPA.   Delegazzjoni Parlamentari Maltija,komposta minn Carmelo Abela, David Agius, Anthony Agius Decelis u mmexxijamill-iSpeaker, Anġlu Farrugia,qiegħda tattendi din il-Konferenza.
Il-Konferenza nfetħet mill-iSpeaker tal-Maldives, bħala ċ-Chairpersontas-Small Branches, u fost dawk li indirizzaw lid-delegati kien hemm Sir AlanHaselhurst, iċ-Chairman tal-Kumitat Eżekuttiv tas-CPA.  Fid-diskorstiegħu, Sir Alan irrefera għaż-żjara li hu kien għamel f’Malta aktar kmieni dinis-sena u faħħar ħafna s-sehem ta’ Malta fis-CPA,  b’mod partikolari fejnjidħlu l-pajjiżi ż-żgħar.  Huwa semma wkollil-fatt li s-sena d-dieħla Malta se tospita ċ-CHOGM.
Matul dinil-konferenza ġew diskussi, bl-aktar mod speċjalizzat, temi u suġġetti lijirrigwardaw l-isfidi li jiffaċċjaw il-pajjiżi żgħar fejn jidħol l-iżviluppsoċjali u ekonomiku u r-rwol tal-Parlament fejn jidħlu l-persuni l-aktarvulnerabbli tas-soċjetà.
Fl-interventtiegħu fuq is-suġġett tal-vulnerabilità, l-iSpeaker Farrugia qal li jridu jkunul-partiti li jirbħu l-elezzjonijiet li jaraw li malli jkunu fil-gvern iwettqul-wegħdiet li jkunu għamlu fil-manifest elettorali tagħhom.  Huwa semmal-liġi li għadda l-Parlament Malti aktar kmieni din is-sena li tat drittijietlil ċerti minoranzi.
L-iSpeaker,Anġlu Farrugia, intervjena wkoll fid-diskussjoni li saret dwar il-proposta lijinħatar Chairperson tal-pajjiżi ż-żgħar fejn qal li kemm hu kif ukoll id-delegazzjoniMaltija kienu favur din il-proposta. Din il-proposta għaddiet b’mod unanimumill-Konferenza u issa qiegħda għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow