Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TINAWGURA SISTEMA ĠDIDA TA’ MONITERAĠĠ FL-AWTORITÀ TAX-XANDIR

pr142255
Date Icon 03/10/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca inawgurat sistema ġdida ta’ moniteraġġ fl-Awtorità tax-Xandir f’għeluq it-53 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità tax-Xandir.  Il-President ta’ Malta qalet li l-Awtorità tax-Xandir hija awtorità importanti, hekk kif l-isfidi tagħha dejjem jiżdiedu minħabba li l-medja evolviet u avvanzat teknoloġikament.   

Il-President qalet li llum l-Awtorità, bil-għan li tagħmel moniteraġġ għall-imparzjalità tal-mezzi tax-xandir f’pajjiżna, qed tkun proattiva billi ssib metodi ġodda kif tagħmel dan b’mod mill-iktar professjonali. Il-President qalet li importanti li l-mezzi tax-xandir, filwaqt li jkunu imparzjali, għandhom jirrispettaw l-etika speċjalment fil-konfront ta’ gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, speċjalment fejn jidħlu tfal u persuni b’diżabilità.

Ic-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir is-Sur Anthony J. Tabone rringrazzja lill-President ta’ Malta għaż-żjara tagħha f’mument fejn l-Awtorità qed timmodernizza s-sistema tagħha. Huwa spjega kif permezz ta’ kuntatti bilaterali mal-Awtorità Regolatorja tal-Ungerija, l-Awtorità tax-Xandir Maltija akkwistat sistema moderna ta’ moniteraġġ li se tkompli tilqa’ għax-xogħol kbir li għandha l-Awtorità.  Huwa spjega kif bħalissa l-Awtorità tax-Xandir Maltija qed tassisti lill-Moldova biex issaħħaħ l-awtorità regolatorja tagħha.

Waqt din l-okkażjoni, ic-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir ta lill-President donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow