Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TVARA L-ISTRINA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SOLIDARITREE F’GĦAWDEX

pr142254
Date Icon 03/10/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca dalgħodu żaret il-kulleġġ Sir M A Refalo f’Għawdex biex tvara l-Istrina taż-żgħażagħ Solidaritree.  Din l-Istrina taż-żgħażagħ kienet idea tal-Kunsill Studenti Universitarji, liema kampanja qed issib appoġġ u entużjażmu kbir miż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.   Il-President  filwaqt li apprezzat il-merħba tal-istudenti Għawdxin, qalet li tinsab tant onorata li ż-żgħażagħ Għawdxin laqgħu bi ħġarhom il-kampanja Solidaritree li għall-ewwel darba se tkun Strina taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin matul is-sena kollha.

Il-President inkoraġġiet liż-żgħażagħ biex permezz tal-kampanja Solidaritree jferrxu l-entużjażmu tagħhom hekk kif il-bżonnijiet ta’ dawk li qed jibbenefikaw mill-Malta Community Chest Fund qegħdin dejjem jikbru.  

Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo rringrazzja lill-President ta’ Malta li attendiet l-ewwel  Freshers’ tas-6th Form fil-gżira ta’ Għawdex. Qal li dan juri kemm l-Istat Malti għandu għal qalbu lill-istudenti Għawdxin.

Dr. Refalo kompla li  din l-iskola hija wkoll ċentru għaż-żgħażagħ li, għalkemm jiġu biex jistudjaw,  isibu wkoll il-ħin sabiex jinvolvu ruħhom fil-ħafna attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena.  Dan jagħmel l-esperjenza f’din l-iskola waħda mill-iktar memorabbli li l-istudent jibqa’ jgħożż matul ħajtu kollha. Il-Ministru Refalo ħeġġeġ lill-istudenti biex jgħożżu dan iż-żmien u ftakar meta hu kien student f’din l-istess skola. 

Wara Għawdex, il-President marret fuq il-Campus tal-Università ta’ Malta fejn hemm iltaqgħet mal-55 għaqda tal-istudenti li qed jieħdu sehem fi Freshers’ Week.  Il-President qalet li tħossha tant onorata li l-istudenti qegħdin iżidu l-entużjażmu tagħhom fis-solidarjetà volontarja mal-komunità.  Qalet li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tant għandhom talent x’joffru  li bil-kapaċità tagħhom se jkunu qed jiżirgħu differenza pożittiva fil-komunità Maltija u Għawdxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow