Left arrow Go Back

MALTA MINN TA’ QUDDIEM FIR-RIŻULTATI DWAR L-AŻJENDI ŻGĦAR U MEDJI

pr142251
Date Icon 03/10/2014

Fir-rapport annwali tagħha fuq l-andament tal-ażjendi żgħar u medji, il-Kummissjoni Ewropea llum ikkonfermat lil Malta bħala wieħed minn erba’ pajjiżi biss fl-Unjoni Ewropea li fihom kien hemm “positive and strong performance in terms of number of firms, employment and value added, with gains higher than 3%”. 

L-għada li l-Oppożizzjoni qalet li l-ekonomija Maltija miexja fuq il-passi ħżiena tal-Greċja, Ċipru u Spanja, il-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet b’analiżi kompletament differenti fejn qalet li l-andament f’Malta kien aqwa mill-maġġoranza tal-pajjizi Ewropej. Tant hu hekk li Malta ġiet ikklassifikata mal-front-runner group fejn jidħol valur miżjud; ma’ pajjiżi bħall-Ġermanja, Żvezja u l-Awstrija.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li, f’termini reali, l-esportazzjoni mhux talli naqset, imma talli żdiedet aktar milli żdiedet l-esportazzjoni ta’ ażjendi żgħar u medji Ġermaniżi u Olandiżi.

Waqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni wissew li pajjiżna se jidħol fil-ħajt, l-analisti tal-Kummissjoni jgħidu li, fl-2015, se jkun hemm żieda ta’ 1,500 negozju żgħir u medju ġdid f’Malta, b’żieda netta fl-impjiegi ta’ 4,000. Altru milli l-impjiegi f’pajjiżna qed jiżdiedu biss minħabba li l-Gvern qiegħed jimpjega aktar nies, kif qed tallega l-Oppożizzjoni.

Intant, wara li l-Oppożizzjoni qalet li s-settur tar-retail sejjer mill-ħażin għall-agħar, il-Eurostat ippubblikat statistika li turi kif fix-xahar ta’ Awwissu l-bejgħ f’Malta żdied b’1.2%. Mindu nbidlet l-amministrazzjoni f’pajjiżna, l-bejgħ bl-imnut f’termini reali żdied b’1.1%. B’kuntrast, matul l-2012, is-settur tar-retail kien ra tnaqqis ta’ 0.2%, wara li sena qabel kien hemm tnaqqis ta’ 1.8%. 

Dan ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jerġa’ jikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija maqtugħa mir-realtà tal-familji u n-negozji f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow