IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, MICHAEL FALZON, JIPPARTEĊIPA FL-OECD – INTERNATIONAL FORUM ON OPEN GOVERNMENT, F’PARIĠI
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon, nhar id-29 ta’ Settembru 2014, ha sehem f’laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-MENA fi ħdan l-OECD.
Il-laqgħa saret fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (OECD) f’Pariġi, fi Franza.
Matul din il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv ġew diskussi diversi temi, fosthom l-importanza tat-taħriġ għal persuni responsabbli mill-Amministrazzjoni Pubblika, il-bżonn ta’ aktar kontabilità fid-diversi oqsma tat-tmexxija, kif ukoll il-ħtieġa ta’ aktar ko-operazzjoni u għajnuna bejn id-diversi pajjiżi parteċipanti.
Fl-intervent tiegħu, l-Avukat Falzon tkellem fuq l-importanza tat-temi relattivi, biss saħaq illi ma hemmx soluzzjoni waħda li tista’ tgħodd għall-pajjiżi kollha. Minkejja dan iżda, l-Avukat Falzon insista li kull pajjiż jista’ jitgħallem minn ieħor u d-diversità fiha nnifisha tagħti lok illi wieħed jaqsam u jitgħallem mill-esperjenzi ta’ oħrajn.
L-għada, it-30 ta’ Settembru, s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, flimkien mal-Kap taċ-Ċivil, is-Sur Mario Cutajar, ħa sehem f’forum internazzjonali organizzat mill-OECD li kien jittratta l-kunċett ta’ Amministrazzjoni Aperta (Open Government).
Dan il-forum, illi kellu attendenza numeruża minn bosta pajjiżi, tratta diversi aspetti tal-kunċett ta’ “Open Government”; xi ħaġa illi hija wkoll ta’ prijorità għall-Amministrazzjoni preżenti.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044