Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS WAQT IT-TNEDIJA TAL-11-IL EDIZZJONI TAL-MALTA MILITARY TATTOO 2014

pr142241
Date Icon 02/10/2014
Huwa bi pjaċir li lqajt din l-istedina għat-tnedija tal-11-il edizzjoni tal-Military Tattoo. Avveniment li issa sar appuntament regolari fil-kalendarju ta’ attivitajiet tagħna, sinonimu max-xahar ta’ Ottubru.
Il-Military Tattoo huwa bla dubju opportunità biex tigi promossa aktar in-niċċa tat-turiżmu kulturali. Filfatt it-turiżmu kulturali huwa parti importanti mill-istrateġija tal-Gvern, li jara li kull niċċa li toffri pontenżjal ta’ turiżmu, tiġi mgħejjuna sabiex niġbdu lejn il-gżira tagħna aktar turisti ta’ kwalità.
Avveniment bħall-Military Tattoo huwa importanti fil-kalendarju ta’ attivitajiet turistiċi għax dan jseħħ propju f’nofs Ottubru, wara l-qofol tal-istaġun tas-sajf. Huwa permezz ta’ avvenimenti ta’ kwalità għolja li nistgħu niġġieldu l-istaġġjonalità u niġbdu lejn il-gżejjer tagħna turisti tul is-sena kollha, specjalment f’dawk ix-xhur tax-xitwa hekk msejħa shoulder months, biex hekk inkomplu nkattru l-ekonomija tagħna. Iżda, nenfasizza, li l-Minsiseru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin fi proċess ta’ marketing biex nisfruttaw iżjed il-kalendarju ta’ avvenimenti matul is-sena kollha biex nattiraw source markets ġodda u niftħu niċċeċ differenti. Din hija prijorità biex inpoġġu lil Malta fuq il-mappa tad-dinja mill-lenti turistika tul is-sena kollha u mhux fix-xhur sajfin biss.
Dan l-avveniment tal-Military Tattoo issa għandu għeruq solidi, huwa stabbilit u d-dati tiegħu huma fissi xhur bil-quddiem sabiex ikun possibbli li jiġi promoss u reklamat fis-swieq barranin u jidħol fil-programmi tal-operaturi turistiċi fis-swieq minn fejn nattiraw lit-turisti.
L-għan ewlieni tal-ispettaklu tal-Military Tattoo hu li joffri sinerġija sħiħa ta’ talent kemm lokali u barrani kif ukoll jittella’ spettaklu mill-isbaħ li mhux biss jiġbed lill-popolazzjoni Maltija nnifisha imma anki turisti li jiġu jżuruna biex igawdu l-wirja kemm ta’ baned Maltin, kif ukoll ta’ dawk barranini. Permezz tal-parteċipazzjoni tal-banda tal-Puliżija Maltija, tal-banda tal-Forżi Armati ta’ Malta u baned oħra, din l-attività hija opportunità biex nifirxu iktar il-patrimonju mużikali tagħna.
Huwa ta’ pjaċir li nappoġjaw avveniment ta’ kwalità bħal ma huwa l-Military Tattoo, permezz tal-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu. Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-organniżżaturi u nawgura l-akbar suċċess għal dan l-ispettaklu, li hu parti integrali mill-programm kulturali ta’ attivitajiet li jsiru f’Malta matul is-sena. Din l-inizjattiva hi f’sinerġija mal-ħidma politika tal-Gvern biex inkomplu nattiraw aktar turisti ta’ kwalità lejn xtutna.
Grazzi tal-attenzjoni. 
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow