Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr142220
Date Icon 01/10/2014

Multi għall-kuntratturi minħabba dewmien fil-proġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid

Il-Gvern Malti mil-lum se jibda jimponi multi fuq il-kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-Parlament il-ġdid.

Il-Gvern kien insista mal-kuntratturi tal-proġett tal-Parlament biex jagħtu bil-miktub id-data ta’ meta l-proġett se jkun lest.  Il-kuntratturi kellhom jilħqu numru ta’ miri sat-30 ta’ Settembru bil-għan li l-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ fil-bini l-ġdid.

Fid-dawl li l-kuntratturi kienu fallew deadlines aċċettati mill-kuntratturi u meta dan  il-proġett mar lura b’sentejn sħaħ minħabba nuqqas ta’ pjanar serju taħt amministrazzjoni preċedenti, ittieħdet id-deċizjoni li jiġu imposti multi b’mod immedjat.

Dan huwa l-mod differenti kif dan il-Gvern qed jaħdem fuq proġett li nstab nofs leħja, mhux ippjanat sew b’deadlines u budgets maqbuża. B’dan il-mod, dan il-Gvern qed jara li jimxi b’serjetà fuq proġetti ta’ infrastruttura ta’ dan il-kalibru.

Il-House Business Committee se jkun qed jiltaqa’ llum u se jingħata dettalji mill-Grand Harbour Rehabilitation Corporation ta’ fiex waslu xogħljiet biex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar data meta l-Parlament se jkun jista’ jiċċaqlaq ghal bini l-ġdid.

Annessi għandkom issibu l-ittra fejn il-kuntratturi qed jikkommettu li jlestu xogħlijiet sat-30 ta’ Settembru 2014 kif ukoll in-notifika formali tal-Korporazzjoni GHRC li permezz tagħha l-BIB J.V. ġew infurmati li se jiġu imposti l-penali skont il-kuntratti.

pr142220a.pdfpr142220a.pdf

pr142220b.pdfpr142220b.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow