Left arrow Go Back

FAĊILITAJIET SPORTIVI ĠODDA GĦALL-KULLEĠĠ SAN INJAZJU

pr142209
Date Icon 30/09/2014

B’investiment ta’ madwar €700,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-istudenti li jattendu l-Kulleġġ San Injazju fil-Ħandaq f’Ħal Qormi, se jkunu qed jibbenefikaw minn faċilitajiet sportivi indoor ġodda. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg, li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, indirizza konferenza stampa sabiex titħabbar l-allokazzjoni ta’ fondi għal dan il-proġett.

Dr. Borg qal li b’dan il-proġett in-nissen huts li fadal se jkunu konvertiti f’faċilitajiet sportivi biex b’hekk  l-esperjenza edukattiva tal-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ tiġi mtejba.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Aġius tkellem dwar l-importanza li l-iskejjel ikollhom faċilitajiet adegwati sabiex jkollhom ħajja mingħajr stress u tgħin fil-ġlieda kontra l-obeżità u l-ħajja sedentarja.  Dan huwa proġett ieħor sabiex nilħqu l-mira li sal-2020, mitt miljun persuna oħra madwar l-Ewropa jkunu qed jagħmlu attività fiżika. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow