LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI MAL-ANZJANI FIĊ-ĊENTRU AĊĊESS TAL-QAWRA
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiiet tal-Persuni b’Dizabilità u Anzjanità Attiva, it-Taqsima tal-Anzjanità Attiva u ċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra organizzaw laqgħa ta’ konsultazzjoni ma l-Anzjani mill-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar bil-mira li isservi bħala sezzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2014-2025 u dwar is-servizzi offruti miċ-ċentru Aċċess. Din l-inizjattiva serviet biex tiġi mgħoddija informazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva filwaqt li ġiet provduta l-opportunità biex l-anzjani jsemmgħu leħinhom dwar l-affarijiet li għalihom huma importanti.
Wara dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, permezz tal-għajnuna provduta miċ-ċentru aċċess tal-Qawra u t-taqsima Anzjanità Attiva, ser iwassal biex numru ta’ anzjani jkunu jistgħu jiffurmaw working group li permezz tiegħu jkunu qed jaħdmu biex jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom.
Għal din l-attività attendew il-Ministru Dr. Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari Dr. Justyne Caruana. Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru Michael Farrugia tenna li din l-inizjattiva ser tkun qed isservi biex fiż-żmien li ġej ikompli isir l-investiment soċjali li hu neċessarju biex jiżdiedu l-opportunitajiet lil firxa akbar ta’ persuni fis-soċjetà. Is-Segretarju Parlamentari, Dr Justyne Caruana saħqet dwar l-importanza li l-anzjani jkollhom rwol ċentrali fil-ħidma imwettqa fis-soċjetà. Qalet ukoll li huwa importanti li l-anzjani jgħarfu l-bżonn li jsaħħu l-abbiltajiet tagħhom permezz tal-opportunitajiet offruti fil-komunità minn diversi entitajiet, fosthom li jipparteċipaw f’tagħlim tul il-ħajja, hekk kif hemm miktub fil-Politika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva. Is-Segretarju Parlamentari saħqet ukoll fuq il-ħtieġa ta’ tagħlim u opportunitajiet ohra biex l-anzjani tagħna jwessgħu l-orizzonti tagħhom. Kien għalhekk li beda process biex iċ-ċentri għal matul il-jum jiġu trasformati f’learning hubs u għalhekk kull ċentru issa ser ikollu kurrikulu biex nolqtu l-gosti differenti u filwaqt li l-anzjani li jattendu ċ-ċentru jkollhom esperjenza ta’ socjalizzazzjoni, ikollhom ukoll l-opportunità li jitgħallmu affarijiet li qabel ma kienux aċċessibbli għalihom u dan peress li issa l-edukaturi ser jiġu huma fil-post fejn ikunu l-anzjani u mhux viċe versa.
Il-punti prinċipali li ħarġu minn din l-inizjattiva jinkludu:
• Il-bżonn dwar aktar faċilitajiet u servizzi aċċessibli fil-komunità, bħas-servizzi mediċi u servizzi ta’ professjonisti tas-saħħa oħrajn.
• Il-bżonn biex ikun hemm ħidma konġunta bejn servizzi soċjali bien ikun provdut servizz aktar ħolistiku
• Is-sigurtà fit-toroq u fid-djar, u l-effett psikoloġiku u trawmatiku li l-anzjani jgħaddu minnhu minħabba serq jew attività kriminali, inkluż abbuż.
• Aktar aċċessibiltà f’postijiet pubbliċi.
• Faċilitajiet sportivi u krejattivi għall-anzjani
• Possbilita’ ta’ wens għall- anzjani li jgħixu waħedhom jew li jgħaddu minn xi trawma.
• Ħtiega ta’ transport pubbliku aktar efficjenti biex l-anzjani jkunu jistgħu iżuru lill-qraba tagħhom fi sptarijiet jew residenzi għall-anzjani.
• Attivitajiet soċjali li jindirizzaw ir-realtà ta’ solitudni li jgħaddu minnha xi anzjani u li joffru opportunità ta’ divertiment u tagħlim.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044