Left arrow Go Back

IL-PROĠETT MALTA NORTH FL-GĦALLIS MIEXI SKONT IL-PJAN- IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr142193
Date Icon 29/09/2014

Fi tmiem żjara tal-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab u tal-proġett tal-Għallis magħruf bħala l-Malta North fejn ser ikun hemm l-impjant il-ġdid, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħabbar li hemm indikazzjonijiet inkoraġġanti li l-proġett mistenni  jitlesta fiż-żmien stipulat, lejn il-bidu tas-sena 2016.

Il-Ministru Brincat qal li għalkemm kienu tnisslu ħafna biżgħat li b'sens ta' pika dan il-Gvern kien ser iħott dan il-proġett, fil-fatt kemm il-ħruġ tal-permessi tal-MEPA u l-approvazzjoni tal-proġett saru propju taħt din l-amministrazzjoni.

Marbuta miegħu hemm ukoll  miljuni ta' Ewro  f'għajnuna permezz  ta' fondi Ewropej, li kieku ma mxewx bil-galbu dawn setgħu faċilment intilfu.

Huwa qal li dan jikkonferma l-fatt li fejn ikun hemm proġetti ta' siwi għal Malta, dan il-Gvern mhux talli ma jwaqqafhomx imma ma jiddejjaqx jibni fuq li jkun sab.

Il-Ministru Brincat tenna li meta jitlesta dan il-proġett mistennija titnaqqas sostanzjalment il-pressjoni fuq u l-ħtieġa tal-użu tal-landfill kif ukoll li tibda  tiġi ġġenerata l-enerġija minnu.

Meta tiġi introdotta t-tielet borża u titnaqqas id-dipendenza fuq il-borża s-sewda fil-ġbir tal-iskart madwar gżiritna, l-Ministru Brincat qal li dan għandu jsaħħaħ l-effiċjenza kemm tal-impjant ta' Sant Antnin kif ukoll ta' dan l-impjant il-ġdid li qed jinbena fl-Għallis.

Il-Ministru Brincat saħaq li huwa sinjal pożittiv li għall-ewwel darba il-WasteServ qed tieħu passi konkreti biex f'wieħed mill-impjanti tagħha tintroduċi miżuri maħsuba biex inaqqsu l-irwejjaħ u l-inkonvenjent li jista jkun hemm għall-madwar. Fil-fatt huwa jinsab infurmat li l-proċess għall-introduzzjoni ta' odour mitigation measures diġa' inbeda.

B'hekk ikunu verament qed jirrijabilitaw il-Magħtab f'mod prattiku mingħajr ħafna wegħdiet fierħa, kif sar fl-imgħoddi għal skopijiet purament elettorali.

Il-Ministru tenna li huma jibqgħu kommessi bħala Gvern li ser jibqgħu impenjati li jtejbu l-istandards tagħhom f'dan il-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart, li jinsab fiċ-ċentru tal-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar u t-tnaqqis tal-iskart, li ġie approvat mill-Gvern fil-bidu ta' din is-sena.

Il-Ministru Brincat radd ħajr lit-tmexxija flimkien man-nies tekniċi tal-WasteServ u l-ħaddiema kollha għall-mod professjonali tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin qegħdin isaħħu dejjem aktar l-istrutturi u l-prattiċi fi ħdan l-istess kumpanija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow