IL-FILM CLAVIUS IĦALLI ĦAMES MILJUN EWRO INVESTIMENT F’PAJJIŻNA
Il-Film Clavius ħalla f’pajjiżna madwar sitt miljun ewro investiment. Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Industrija tal-Films, Manuel Mallia , waqt żjara fuq is-sett tal-film li qiegħed f’Fort Manoel Island.
Waqt din iż-żjara l-Ministru Manuel Mallia ltaqa’ mad-direttur tal-films Kevin Reynolds li kien f’pajjiżna fl-2002 meta dderieġa l-film ‘The Count of Montecristo’ . Il-Ministru Manuel Mallia ltaqa’ ukoll mal-atturi prinċipali ta’ dan il-film fosthom Joseph Fiennes li ħadem ukoll fil-film ‘Hercules’ u Tom Felton li ħadem fil-film ‘Harry Potter’.
Il-Ministru Manuel Mallia qal li fl-aħħar din l-industrija qed tieħu nifs ġdid, hekk kif f’dan il-film biss ħadmu madwar 200 persuna.
Għall-ewwel darba Malta għandha rekord fejn bħalissa hawn erba’ produzzjonijiet kbar fl-istess ħin li huma , Clavius, Andron, By the Sea u DoveKeepers, temm jgħid il-Ministru Manuel Mallia.
Il-Kummissarju tal-films Engelbert Grech qal li wara li din is-sena din l-industrija irreġistrat tkabbir sostanzjali fl-investiment, il-Kummisjoni tal-Films qed tkompli tipprepara biex is-sena d-dieħla ikun hemm kontinwita’ u jibqgħu jaslu f’pajjiżna produzzjonijiet wara xulxin.
Qed isir taħriġ sabiex ikun hemm riżorsi umani biżżejjed biex jilqgħu l-isfida tat-tkabbir ta’ din l-industrija, żied jgħid Engelbert Grech.
Dan il-film mistenni joħroġ fis-swali taċ-Ċinema fil-bidu tas-Sajf.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044