IL-PROPOSTI TA’ MALTA GĦAL RIFORMA FIS-SUMMIT TAL-COMMONWEALTH JIKSBU AKTAR APPOĠĠ
Teżisti konverġenza wiesgħa għall-proposti ta’ Malta biex is-summit tal-Commonwealth isir aktar relevanti u effettiv. Waqt laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fi New York, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma qal li l-bżonn ta’ din il-riforma qed jikseb appoġġ minn diversi naħat.
Dr Muscat laqa din id-dikjarazzjoni u esprima s-sodisfazzjon tiegħu li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ta’ sustanza fuq dan is-suġġett. Qal li l-għan tar-riforma huwa li s-summit ikollu andament iktar sempliċi u joħroġ b’pożizzjonijiet aktar ffukati, bis-sehem tal-kapijiet tal-istati membri, biex il-laqgħa tkun verament waħda produttiva.
Matul din il-laqgħa ġew diskussa wkoll il-preparamenti li għaddejjin f’Malta għas-summit li se jitlaqqa s-sena d-dieħla. L-istess tema tqajjmet waqt laqgħa separata li l-Prim Ministru kellu mal-President ta’ Sri Lanka Mahinda Rajapaksa. Rajapaksa, li huwa c-Chairman tal-Commonwealth f’dan il-mument qabel din il-kariga tgħaddi għand Malta s-sena d-dieħla, ukoll saħaq li l-laqgħat f’dan is-summit għandhom ikunu aktar strateġiċi milli huma bħalissa u għalhekk wiegħed li Sri Lanka se tkompli tassisti f’dan ir-rigward.
L-istess appoġġ għal proposti ta’ Malta ġie mwiegħed lill-Prim Ministru Joseph Muscat mill-Ministru ta’ New Zealand għall-Affarijiet Barranin Murry McCully waqt laqgħa oħra bilaterali.
Intant, fi New York, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser il-pożizzjoni ta’ Malta f’laqgħa tal-kapijiet tal-gvernijiet propju dwar ir-riforma proposta fis-summit tal-Commonwealth.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044