IL-MINISTRU LEO BRINCAT JĦEĠĠEĠ GĦAL KO-OPERAZZJONI STRUTTURATA BEJN MALTA U SPANJA FL-OQSMA TAL-AMBJENT
F'laqgħa li kellu dalgħodu mal-Ambaxxatur il-ġdid ta' Spanja f'pajjiżna, José María Pons Irazazábal, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħeġġeġ għall-ko-operazzjoni strutturata bejn Malta u Spanja fl-oqsma tal-ambjent, l-immaniġġjar tal-iskart, l-afforestazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, t-tibdil tal-klima u t-tniġġiż mil-ħsejjes.
Huwa qal li filwaqt li bħal kull stat membru tal-Unjoni Ewropea pajjiżna għandu obbligi ambjentali kemm nazzjonali kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hemm bżonn kollaborazzjoni akbar bejn l-istati membri f'dawn l-oqsma fuq livell prattiku bilaterali.
Dan għandu jsir ukoll f'kuntest reġjunali fejn ħafna mill-isfidi u l-opportunitajiet huma komplimentari ma’ xulxin.
Huma tkellmu wkoll dwar ir-rabtiet bejn ekonomija u ambjent, klima u biodiversita', kif joħroġ ċar mill-istudju riċenti internazzjonali: Better Growth, Better Climate: The New Climate Economy Report li juri li l-ambjent u l-ekonomija jenħtieġu lil xulxin flok iservu ta' xkiel għal xulxin.
Huma iddiskutew ukoll inizjattivi Spanjoli li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin dwar kif l-hekk imsejjaħ green growth jista jimbotta l-quddiem l-ekonomija biex tiżviluppa f'mod sostenibbli.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044