Left arrow Go Back

17–Il INVESTITUR JIĠBRU L-ESPRESSJONI TA’ INTERESS INTERNAZZJONALI GĦALL-IŻVILUPP TAL-WHITE ROCKS MALTA

pr142163
Date Icon 26/09/2014

L-Espressjoni ta’ Interess Internazzjonali, li ħareġ il-Gvern għal konċessjoni għad-disinn, bini u operat tal-White Rocks Malta, inġabret minn 17-il investitur. Dawn l-investituri ġabru d-dokument mill-Privitisation Unit wara li ħallsu miżata ta’ €10,000. 

Il-Gvern nieda s-sejħa internazzjonali għal konċessjoni għad-disinn, bini u operat tal-White Rocks Malta fil-20 ta’ Ġunju. B’kollox minn dakinhar fil-Privitisation Unit daħlu 139 talba għal aktar informazzjoni, li minnhom sakemm skada ż-żmien kien hemm 17 li ġabru d-dokument.

L-investituri li ġabru d-dokument issa għandhom sa 30 ta’ Settembru biex ikunu jistgħu jitolbu xi kjarifiki, li l-Privitisation Unit trid twieġeb sal-15 ta’ Ottubru, biex sal-24 ta’ Ottubru jkunu daħlu s-sottomisjonijiet.

L-investituri li ġabru l-Espressjoni ta’ Interess Internazzjonali jvarjaw minn barra l-Ewropa, fl-Ewropa u anke kumpaniji u konsorzji Maltin.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona qal li għal darba oħra ntwera interess b’saħħtu f’Sejħa Internazzjonali oħra li ħareġ il-Gvern Malti.

“Għal darba qed naraw interess b’saħħtu minn investituri lokali kif ukoll internazzjonali f’sejħa li ħareġ il-Gvern. Dan kollu jagħti prova ta’ fiduċja fil-Gvern Malti, fl-Istrateġija Ekonomika u aktar importanti fil-poplu Malti u Għawdxi” saħaq il-Ministru Chris Cardona.

Il-Ministru Cardona qal li dan l-interess fil-Proġett tal-White Rocks Malta ikompli jimla lil dan il-Gvern bil-kuraġġ biex ikompli jaħdem ħalli jpoġġi lil dan il-pajjiż fuq quddiem fl-Ewropa, kif diġà bħala pajjiż qed jirnexxilna nagħmlu f’diversi oqsma fosthom fl-ekonomija u fl-impjiegi.

“Qed inħarsu ’l quddiem biex b’determinazzjoni u impenn naraw li dan il-proġett fl-aħħar jitwettaq. Dan ħalli ssir ġustizzja ma din iż-żona u mal-poplu li ilu s-snin jara din it-telqa u, fuq kollox, jara sit b’potenzjal kbir f’pajjiżu ma jkunx utilizzat” saħaq il-Ministru Cardona.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow