IL-PROGRAMM ITALIA-MALTA B’ŻIEDA TA’ €14-IL MILJUN GĦALL-PERJODU 2014-2020
Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea u Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li l-allokazzjoni ta’ Malta mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-programm Italia-Malta 2014-2020 se tkun qed tiżdied b’€14-il miljun meta kkomparata mal-programm li kopra l-perjodu 2007-2013.
Dr. Borg qal li l-Gvern iddeċieda li jżid il-fondi għal dan il-programm minn €30 miljun għal €44 miljun għas-seba’ snin li ġejjin. Din id-deċiżjoni tfisser żieda ta’ 45% meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013.
Dan ħabbru waqt li kien qed jindirizza seminar bħala parti mill-proġett BioDivalue li bbenefika minn €2.7 miljun mill-programm Italia-Malta 07-13. F’dan il-proġett qed jieħdu sehem sitt imsieħba Taljani u tnejn Maltin: l-Università ta’ Malta u l-Grupp Azzjoni Lokali Xlokk. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li joħloq għodda operattivi li jkunu ta’ sapport għal amministraturi lokali li jaħdmu fil-qasam tat-traffiku marittimu.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-objettivi tematiċi għall-programm Italia-Malta 2014-2020 għadhom qed jiġu diskussi bejn il-Maltin u t-Taljani u l-programm operattiv il-ġdid se jkun sottomess għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044